HEKK AĦJAR
Ġabra ta’ Kliem u Espressjonijiet Maltin għat-Tfal tas-Snin Bikrin
L-abbozz tad-dokument għall-konsultazzjoni
Dan id-dokument għadu mhux ippubblikat b’mod uffiċjali u qiegħed għall-konsultazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2013.
HEKK AĦJAR
Ġabra ta’ Kliem u Espressjonijiet Maltin għat-Tfal tas-Snin Bikrin
L-abbozz tad-dokument għall-konsultazzjoni
Dan id-dokument għadu mhux ippubblikat b’mod uffiċjali u qiegħed għall-konsultazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2013.
Ħabibna Emmanuel Scicluna, li għal snin twal kien għalliem u kap ta’ skola, bagħtilna din in-nota flimkien ma’ għanja ta’ tfulitu.
Nirringrazzjawh minn qalbna u nħeġġu lil kull min għandu xi għanjiet oħra antiki biex jibgħathomlna u ntellgħuhom f’dan is-sit.
Fuq talba ġenerali qed nippreżentaw lista ta’ qwiel popolari mal-istudenti tal-aħħar snin tal-Primarja.
Tagħrif ieħor fuq din il-lista tista’ ssibu f’din iċ-ċirkulari.
Il-lista tiġbor fiha wħud mill-aktar qwiel popolari Maltin li jingħadu llum. L-għan tagħha huwa li sservi ta’ gwida għall-assessjar. Il-qwiel li jistgħu joħorġu fl-eżamijiet nazzjonali jkunu meħudin minn din il-lista biss. L-istudenti jiġu mistoqsija biss fuq il-lista ta’ qwiel maħsuba għas-sena tagħhom.
Hekk, pereżempju, l-istudenti tar-Raba’ Sena ser jiġu mistoqsija biss fuq il-lista tal-qwiel tar-Raba’ Sena. Madankollu l-għalliema għandhom iħajru lill-istudenti biex jużaw il-qwiel u l-idjomi li jkunu tgħallmu matul is-snin u li jisimgħu madwarhom, f’kull aspett tal-lingwa mitkellma u miktuba.
Ħafna minn dawn il-qwiel l-istudenti jkunu jafuhom diġà għax jisimgħuhom id-dar u fl-ambjent fejn jgħixu. Nifhmu li wħud minn dawn il-qwiel jista’ jkollhom ukoll varjanti. Għaldaqstant inħeġġu lill-għalliema biex jaċċettaw varjanti differenti ta’ dawn il-qwiel.
Inħeġġu wkoll lill-għalliema biex jippreżentaw il-qwiel b’diversi modi interessanti għat-tfal kemm fit-taħdit kif ukoll fil-kitba. It-tagħlim tal-qwiel għandu jkun dejjem f’kuntesti u t-tifsira toħroġ mill-istess kuntesti.
Filwaqt li l-qwiel magħżula għall-eżamijiet ser jittieħdu minn din il-lista, nissuġġerixxu li fil-klassi l-għalliema ma jillimitawx ruħhom għal dawn il-qwiel biss. Il-qwiel huma espressjonijiet ħajjin u jsebbħu l-lingwa tagħna. Għaldaqstant l-għalliema għandhom jinkoraġġixxu lill-istudenti ta’ kull età jużaw il-qwiel fit-taħdit u fil-kitbiet tagħhom.
F
uq talba ta’ għadd ta’ għalliema, inħadmu kampjuni, eżerċizzji u għajnuniet ta’ ġeneri differenti ta’ kitba qasira għar-Raba’ u l-Ħames Sena tal-Primarja. Dawn ittellgħu fis-sit tagħna.
Tar-Raba’ Sena ssibuhom hawnhekk, u tal-Ħames Sena qegħdin hawnhekk.
Il-ġeneri tal-kitba huma:
Mal-eżerċizzji u l-kampjuni hemm ukoll tagħrifiet għall-għalliema f’għamla ta’ preżentazzjoni (ppt). Issibu wkoll żewġ pakketti ta’ eżerċizzji b’ġeneri ta’ kitbiet imħallta marbuta ma’ żewġ temi għal kull sena.
Inroddu ħajr lill-Uffiċjal Edukattiv tal-Primarja s-Sa Jane Farrugia Buhagiar tal-kontribut magħha f’dan il-qasam.
Ara ċ-ċirkulari minn hawn.
Fuq talba ġenerali qed nippreżentaw żewġ listi ta’ qwiel popolari mal-istudenti tal-1 u t-2 Sena tas-Sekondarja.
Jekk jogħġobkom araw iċ-ċirkulari b’ dawn iż-żewġ listi.