Jum Dun Karm Psaila

Tifkira ta’ Jum Dun Karm – 21 ta’ Ottubru 2019

Fl-okkażjoni tal-148 sena mit-twelid tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar (Taqsima tal-Malti) organizza attività fl-Imdina għall-istudenti tal-għaxar sena. 

 


Jum Dun Karm – 19 ta’ Ottubru 2017

Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ottubru 2017, id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, u l-Kumitat għall-Festi Nazzjonali organizzaw ċerimonja kommemorattiva biex ifakkru l-poeta nazzjonali fis-sala tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-programm inkluda attivitajiet interattivi fosthom kwiżż marbut ma’ filmat bijografiku, intervista mill-istudenti ma’ Dr Adrian Grima riċerkatur fuq ix-xogħlijiet ta’ Dun Karm, u kant animat minn kor tat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara, l-iskejjel qiegħdu bukketti ta’ fjuri fil-kappella fejn jinsab midfun il-poeta nazzjonali.

Ċerimonja ta’ Tifkira fl-okkażjoni ta’ Jum Dun Karm 2016 fil-Pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ