Il-Qari – 2 SEK

Werrej tal-Paġna

 


R2 / R3 K1 – Nagħraf li l-awturi jinqdew bi stili u forom differenti ta’ kitba, ngħidu aħna, bir-rima, ir-ritmu, il-personfikazzjoni, il-metafori, l-iperbole u figuri oħra tat-taħdit u tal-ħoss fil-poeżiji; bid-daħla, il-qalba u l-għeluq f’kitbiet; bil-plott u s-sottoplott, l-ambjent u l-karattri fi storja; bil-vuċijiet differenti fir-rakkonti, u l-bqija.

Riżorsi b’taħriġ marbut mal-qari dwar l-istorja, il-karattri, il-bijografija tal-awtur, il-ħrafa u l-leġġenda, il-poeżija u l-werrejja għall-ktieb. Dawn il-karti tat-taħriġ tħejjew minn Helen Barbara u Helmut Cassar mill-Aġenżija tal-Litteriżmu.


R1 K2 – Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha.
R2 / R3 K6 – Nislet minn testi tal-qari argumentattivi, l-ideat ewlenin minn dawk sekondarji u nagħtihom bil-fomm jew bil-kitba f’ taqsira jew punti waqt li nżomm f’moħħi l-iżvilupp tematiku, it-tifsira tal-ħsibijiet u l-mixja tal-ġrajja/iet. 

Djalogu Argumentattiv

L-Uniformi Kartun (Michela Saliba)

Dan il-kartun jista’ jintuża għat-tqanqil tal-ħsieb dwar is-suġġett tal-uniformi.  

Biex temenda dan il-kartun niżżel u installa l-Cartoon Story Maker

Din ir-riżorsa tista’ tintuża bħala introduzzjoni għall-kitba ta’ Komponiment Argumentattiv.


Qari ta’ Siltiet b’Reġistri Differenti

R2 / R3 K7 – Naqra reġistri differenti tal-Malti fosthom fuq oqsma bħall-Matematika, ix-Xjenza, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama u l-Arti Espressiva.

Il-Fenek Salvaġġ – Reġistru Fawnistiku Ajma Żaqqi – Reġistru Mediku 
Ir-riħ – Reġistru Meterjoloġiku Nuċċali intelliġenti ġdid
Reġistru Teknoloġiku


Can We Auto-Correct Humanity? ta’ Prince Ea.
Diska dwar l-effett tat-teknoloġija fuq il-komunikazzjoni bejn il-bnedmin użata fir-riżorsa Nuċċali intelliġenti ġdid



R1 K1 – Naqra bis-sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba…

R2 K4 – Naqra b’vuċi għolja u b’mod korrett, ħaj u espressiv, b’intonazzjoni u waqgħat tal-leħen skont kif titlob il-punteġġjatura tat-test li qed naqra biex min qed jismagħni jifhem sewwa l-ħsieb u l-messaġġ li jrid iwassal it-test.

Is-Surmast: Stejjer veri li qatt ma ġraw ta’ Charles Casha (Claire Zahra De Domenico)

Taħriġ Interattiv