POEŻIJI
Nitgħallmu bil-Poeżiji
Aħna lkoll Maltin – Nikol Bezzina
Tifel ċkejken qed iħares ‘il barra mit-tieqa tal-klassi, imxennaq għal ftit ħin ta’ mistrieħ fil-grawnd tal-iskola. Imma l-ikbar xewqa li għandu hi li jilgħab mat-tfal kollha tal-klassi, inkluż żewġt itfal li darba kellhom nazzjonalità barranija imma li llum huma Maltin bħalu. B’hekk inħajru t-tfal għal integrazzjoni soċjali li qed issir realtà ikbar fil-klassijiet tagħna.