Il-Werrej tal-Paġna
Qwiel
- Tpinġijiet tal-Qwiel tat-2 Sena (Sue Flask)
- Spjegazzjoni ta’ Qwiel tat-2 Sena (David Muscat)
- Preżentazzjoni bi Qwiel tat-2 Sena (Justin Schembri)
Idjomi
Spjegazzjoni ta’ Idjomi b’temi differenti(David Muscat)
- Taħriġ Tematiku u attivitajiet interattivi fuq qwiel u idjomi relatati mal-baħar u l-ħejjaq ta’ ġo fih.
QWIEL U IDJOMI
Tpinġijiet li jirrappreżentaw il-Qwiel tat-2 Sena
Impinġijin mill-għalliema tal-Arti, Sue Flask.
Tista’ tniżżel l-istampi f’daqqa billi tikklikkja hawn taħt.
Il-Qwiel tal-Ewwel Sena spjegati mis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. (Isma’ jew niżżel il-fajl.)
~ Il-fsied iħassar ‘l ulied.
~ Iż-żejjed ħu n-nieqes.
~ Li tiżra’ taħsed.
~ Il-ħuta minn rasha tinten.
~ Bogħod mill-għajn bogħod mill-qalb.
~ Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.
~ Kelb jinbaħ ma jigdimx.
~ Mal-magħmul m’hemmx kunsill.
~ Ebda warda bla xewka.
~ Ix-xogħol salmura tal-ġisem.
~ Skont id-daqqa niżfnu.
~ Tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu.
~ Għal kull għadma hawn mitt kelb.
~ L-ikbar trux min ma jridx jisma’.
~ Il-kliem iqanqal u l-eżempju jkaxkar.
Qwiel dwar ix-xahar ta’ Jannar
~ F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar.
~ F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar.
~ Jannar ma fihx ħlief għaks, bard u mrar.
~ Il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild il-ħmar.
~ F’Jannar ix-xitwa tagħmel tagħha, allaħares ma jkollokx fejn tilqgħalha.
~ F’Jannar u Frar l-ixkubetta ħalliha d-dar.
~ Jannar igezzizna/igeddisna ġewwa d-dar.
~ Frar ifawwar il-bjar li jkun mela Jannar.
~ Frar fawwar tal-bidwi għana fid-dar.
~ Fi Frar il-kaboċċi agħtiha lill-ħmar.
~ Frar jgħakkes lix-xjuħ u liż-żgħar.
~ Frar jiġbor lil kulħadd id-dar.
~ Fi Frar it-tiġieġ dejjem ġol-għar.
~ Frar daqqa fawwar u daqqa qattar.
~ Nhar San Pawl it-temp ibiddel seba’ darbiet.
Preżentazzjoni b’xi qwiel tat-tieni sena imħejjija minn Justin Schembri.
Idjomi
Idjomi spjegati mis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. (Niżżel jew isma’ l-fajl.)
Idjomi bil-kelma Xogħol.
Idjomi bil-kelma Kappell.
Idjomi bil-kelma Għajn 1.
Idjomi bil-kelma Għajn 2.
Idjomi bil-kelma Kliem.
Taħriġ fuq idjomi bit-tema tal-baħar u ħlejjaq ta’ ġo fih.
(Komik ta’ Jessica Schembri u Daniela Baldacchino)
Logħba tal-Memorja bi stampi u ismijiet ta’ ħut u ħejjaq tal-baħar marbuta ma’ idjomi.
(Qabbel l-istampa ma’ isem il-ħlieqa)
Logħba interattiva 1 b’espressjonijiet dwar ħut u ħlejjaq tal-baħar.
(Qabbel l-Idjoma mat-tifsira)
Logħba interattiva 2 b’espressjonijiet dwar ħut u ħlejjaq tal-baħar.
(Qabbel l-Idjoma mat-tifsira)
Logħba interattiva 3 b’espressjonijiet li marbuta ma’ vokabolarju relatat mal-baħar.
(Qabbel l-Idjoma mat-tifsira)
Filmat fuq il-kelma Klamar (Bil-pinna u l-klamar.) (FIMBank)