Korsijiet ta’ Aġġornament: CoPE 2026-2027

Featured

Kors ta’ Aġġornament għall-Għalliema tas-Sitt Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2026 – 2027.

Imla din il-formola biex tirreġistra.  

It-Tagħlim tal-Malti fis-6 Sena tal-Primarja

Data: Il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru 2026
Ħin:   Mit-8.30 sas-14.30
Post: Skola Primarja Patri Ġużè Delia, is-Siġġiewi

Kors ta’ Aġġornament għall-Għalliema tal-Iskola Medja għas-Sena Skolastika 2026 – 2027.

Imla din il-formola biex tirreġistra.  

It-Tagħlim tal-Malti fl-Iskola Medja

Data: Il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru 2026
Ħin:   Mit-8.30 sas-14.30
Post: Multi-Purpose Room, Skola Sekondarja Kulleġġ San Benedittu, Ħal Kirkop

Manwali Pedagoġiċi tal-Malti

wieħed isib manwali pedagoġiċi tal-Malti u riżorsi fuq diversi aspetti kemm għat-tagħlim tal-Malti nattiv kif ukoll għalt-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Għat-Tagħlim tal-Malti wieħed isib Manwal għat-tfal fil-Kindergartens, Manwal għat-tagħlim tal-Forom tal-Verb Semitiku b’rabta mal-ġeneri tal-kitba, u Manwal għat-tagħlim tal-Istorja tal-Malti b’rabta ma’ aspetti bħalma hi l-grammatika u l-ortografija. Għall-MLB hemm il-Manwal għat-tagħlim permezz tal-Pajsaġġ Lingwistiku. Hemm ukoll il-Manwal li jista’ jintuża minn kull għalliem dwar it-Teknoloġija bħala għodda fit-tagħlim.
Dawn il-manwali huma bbażati fuq ir-riċerka, fejn tiġi spjegata l-metodoloġija u jingħataw ħafna eżempji ta’ taħriġ li jista’ jsir mal-istudenti waqt li joffru għajnuniet prattiċi għat-tagħlim tal-Malti nattiv kif ukoll tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
Dawn ir-riżorsi tħejjew taħt is-superviżjoni tal-Prof Antoinette Camilleri Grima mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta. 

Il-Verbi Maltin onlajn permezz tas-sit VerbiMaltin u Manwali Pedagoġiċi għat-tagħlim tal-Forom tal-Verb

Verbimaltin hija għodda interattiva intenzjonata għall-istudenti u l-għalliema li fiha jsibu l-konjugazzjoni ta’ ħafna verbi bis-suffissi pronominali kollha, fil-pożittiv u fin-negattiv, fil-konjugazzjonijiet kollha.
 
Biex tifhem aħjar kif taħdem din l-għodda diġitali tista’ tikkonsulta dan il-Manwal.  
Fih issib ukoll kif is-sit verbimaltin jista’ jintuża mill-għalliema b’eżempji ta’ attivitajiet u taħriġ li jistgħu jsiru fil-klassi jew id-dar.
 

Din l-għodda tħejjiet mill-Prof Antoinette Camilleri Grima u l-ProfJacqueline Żammit mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta. 
Għal aktar informazzjoni ibgħat ittre fuq:  verbimaltin@um.edu.mt

wieħed isib manwali pedagoġiċi tal-Malti u riżorsi kemm għall-Malti nattiv kif ukoll għall-MLB.
Fihom tiġi spjegata l-metodoloġija u jingħataw ħafna eżempji ta’ taħriġ li jista’ jsir mill-istudenti.