Il-Werrej tal-Paġna
- Il-Konjugazzjoni tal-Verb fil-Perfett – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Rebecca Vella)
- Il-Futur – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Christabel Caruana)
- Il-Verb u l-Mamma – 2 Riżorsa għall-Bord Interattiv u Karti tat-Taħriġ (Lara-Marie Cilia, Charmaine Mercieca u Miriana Curmi)
- Il-Mamma u l-Għerq – Riżorsi għall-Bord Interattiv (Nicole Said, Francesco Bonello u Adreana Farrugia)
- Il-Verb Dgħajjef – Riżorsa għall-Bord Interattiv, Nota u Karta tat-Taħriġ (Lorraine Aquilina)
- L-Imperattiv – Karti tat-taħriġ għal sessjoni prattika (Maria Micallef), Karti tat-taħriġ (Paul Gatt) u Filmat (Gianella Attard, Maria Bonanno, Annmarie Camilleri, Karl Debono, Adreana Farrugia u Nicole Said)
- In-Nom Komuni u n-Nom Propju 1 – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Adreana Farrugia)
- In-Nom Komuni u n-Nom Propju 2 – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Maria Cortis)
- In-Nom Ewlieni u Mnissel – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Jolene Spiteri Cumbo)
- In-Nom tal-Aġent – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Adreana Farrugia)
- Il-Vokali ie – Filmat (Stephanie Apap)
- L-Aċċent Grafiku – Filmat (Stephanie Apap)
- L-Appostrofu – Filmat (Stephanie Apap)
- L-Assimilazzjoni – Taħriġ interattiv (Elaine Vella)
- Il-Konsonanti Dgħajfin – Filmat (Stephanie Apap)
-
- Id-Diminuttiv – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Maria Schembri)
Il-Konsonanti u l-Vokali
Noti (PDF / DOC) u Karti tat-Taħriġ (PDF / DOC) dwar il-Vokali u l-Konsonanti minn Stefania Scicluna.
![]() |
![]() |
Noti (PDF / DOC) | Eżerċizzji (PDF / DOC) |
Il-Perfett
R1 Naf nuża verbi sempliċi (barra dawk li fihom l‑għ u l‑h) fit‑temp u l‑persuna t‑tajba fit‑taħdit u fil‑kitba ta’ sentenzi sempliċi bħal John ħareġ, il‑kelb ħarab.
R2 Naf nuża verbi li jkollhom konsonanti sħaħ u dgħajfin (inklużi dawk li jibdew bl‑għ u l‑h) fit‑temp u l‑persuna t‑tajba fit‑taħdit u fil‑kitba ta’ sentenzi.
Il-Konjugazzjoni tal-verb fil-Perfett
Attività / Zip għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija minn Rebecca Vella.
L-għan tal-attività: L-istudenti jitgħallmu jikkonjugaw il-verb trilitteru fil-perfett.
Deskrizzjoni tal-attività: Fl-ewwel paġna l-istudenti jridu jmexxu l-verbi miċ-ċirku lejn il-vojt fis-sentenzi skont il-kelma li hemm fil-parentesi.
Fit-tieni paġna l-istudenti jridu jħassru l-kaxxi biex jaraw jekk it-tweġiba tagħhom hix korretta.
![]() |
![]() |
Il-Futur
R2 – Naf nuża verbi li jkollhom konsonanti sħaħ u dgħajfin (inklużi dawk li jibdew bl‑għ u l‑h) fit‑temp u l‑persuna t‑tajba fit‑taħdit u fil‑kitba ta’ sentenzi.
Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija minn Christabel Caruana
L-għan tal-attività: L-istudenti jitħarrġu dwar ti-temp futur.
Deskrizzjoni tal-attività: Fl-1 paġna l-istudenti jridu jagħżlu liema huma l-verbi fit-temp futur billi jikklikkjaw fuqhom.
Fit-2 paġna l-istudenti jridu jridu jagħżlu l-verb fil-futur it-tajjeb li jagħmel sens fis-sentenza.
Fit-3 paġna jridu jpoġġu fl-ordni gruppi ta’ kliem biex jiffurmaw sentenzi fil-futur negattiv.
Fir-4 paġna l-istudenti jridu jħassru l-istampa biex jaraw il-ħjiel moħbi taħtha. Permezz ta’ dan il-ħjiel l-istudenti jridu jkomplu s-sentenzi permezz tat-temp kompost.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
L‑Għarfien tal‑Verb fis‑Sentenza
R1 – Naf nagħraf u nikteb verbi f’ għadd ta’ sentenzi bħal John jaqra l‑ktieb u Mandy tisma’ r‑radju.
R2 – Nagħraf il‑verbi f’sentenzi komposti u kumplessi li jkun fihom għadd ta’ predikati, Eż. Minkejja li għamlet ix‑xita, it‑tfal xorta ħarġu jilagħbu u ħadu gost.
Il‑Mamma u l‑Għerq
R1 – Naf nidentifika li l‑kliem hu magħmul minn konsonanti u vokali u li hemm għadd ta’ kliem li għandu l‑konsonanti l‑istess bħal ktieb, kitba, kotba; telaq, telqa, tluq, tellieqa, tlielaq; nilgħab, logħob, logħba.
Il-Verb u l-Mamma
Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija minn Lara-Marie Cilia u Charmaine Mercieca.
L-għan tal-attività: L-istudenti jitħarrġu dwar il-funzjoni tal-verb fis-sentenza. Jitgħallmu wkoll jidentifikaw u jisiltu il-mamma tal-verb Semitiku.
Deskrizzjoni tal-attività: Fl-1 paġna l-istudenti jridu jagħżlu l-verbi mill-envelop u jpoġġuhom fil-kaxxa tal-ittri. Il-verbi jinħbew waqt li l-kliem l-ieħor jibqa’ jidher.
Fit-2 l-istudenti jridu jagħżlu l-mamma mil-lista u jagħfsu darbtejn fuq ir-risposta t-tajba. f’każ li r-risposta tkun tajba jingħataw messaġġ pożittiv filwaqt li jekk l-għażla tkun ħażina jintalbu jerġgħu jippruvaw.
Noti u Karti tat-taħriġ marbuta ma’ din il-lezzjoni
![]() |
![]() |
Livell 5 – 7 – Nota | Livell 5 – 7 – Karta tat-Taħriġ |
![]() |
![]() |
Livell 7 – 8 – Nota | Livell 7 – 8 – Karta tat-Taħriġ |
![]() |
![]() |
R2 – Filwaqt li naf noħroġ għadd ta’ kliem minn kelma ewlenija (verb/nom/aġġettiv), nagħraf li hemm konsonanti komuni fihom kollha u li dawn jissejħu l‑għerq tal‑kelma, bħal: minn libes ‑ libbes, tlibbes, ntlibes, libsa, lbiesi (l‑għerq l‑b‑s); minn baħar ‑ baħri, baħħar, ibħra, tbaħħir (l‑għerq b‑ħ‑r); minn sabiħ ‑ sbuħija, sebbaħ, sbieħ, sbejħa (l‑għerq s‑b‑ħ).
R3 – Naf li hemm għadd ta’ prinċipji li timxi fuqhom is‑sistema tal‑għerq Semitiċi biex tnissel bħal aċċettazzjoni tal‑affissi (prefissi, infissi u suffissi) li l‑konsonanti ma jinbidlux u lanqas jibdlu posthom. Eż. Inkisser, nikser, kissirt; resaq (r‑s‑q); qaras (q‑r‑s); seraq(s‑r‑q); ikteb mhux /iktep/ għax ktb mhux ktp.
Il-Mamma u l-Għerq
Attività għall-bord interattiv fuq il-Mamma tal-verb minn Nicole Said, Francesco Bonello, Adreana Farrugia.
L-Għan tal-Attività: L-istudenti jkomplu jsiru familjari mal-forma tal-mamma tal-verb sħiħ trilitteru.
Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jingħataw ġemgħat ta’ kliem u ridu jagħżlu l-liema minnhom hija mamma jew le. Jingħata rispons skont jekk it-tweġiba hix tajba jew le.
Tliet Riżorsi għall-Bord Interattv imħejjija mnn Francesco Bonello, Adreana Farrugia u Nicole Said.
L-għan tar-riżorsi: Eżerċizzji prattiċi dwar il-Mamma u l-Għerq tal-Verbi.
Deskrizzjoni tar-riżorsi: 1. Ikklikkja fuq il-Mamma: F’dan it-taħriġ l-istudenti jridu jagħżlu liema kelma hija l-mamma tal-verb minn sett ta’ kliem. L-istudenti jingħataw rispons awtomatiku jekk ikunux għażlu r-risposta t-tajba jew le.
2. Ejjew Nidħqu Ftit: F’dan it-taħriġ, permezz tal-proċess tat-tinqija, l-istudenti jintalbu jidentifikaw il-verbi ta’ silta umoristika u jkaxkruhom fuq il-friegħi tas-siġra. Wara, l-għalliem jista’ jitlob lill-istudenti jnisslu l-mamma u l-għerq ta’ dawn il-verbi.
3. Logħba: Fuq il-bord interattiv tiġi projettata logħba fejn l-istudenti jridu jwieġbu l-mistoqsijiet dwar il-mamma u l-għerq ta’ verbi differenti biex jimxu għall-pass li jmiss.
Attività għall-Bord Interattiv fuq il-Mamma u l-Għerq minn Miriana Curmi
(Niżżel l-attività u iftaħha permezz tal-programm Starboard.)
L-Għan tal-Attività: L-istudenti jsibu l-mamma ta’ verbi semitiċi u joħorġu l-konsonanti tal-għerq mill-mamma.
Deskrizzjoni tal-Attività: Din l-attività hija magħmula minn 3 paġni interattivi (Starboard)
Fl-1 paġna l-istudenti jridu jpoġġu f’postu l-kliem li hemm fiċ-ċirku biex ikomplu l-paragrafu fin-naħa tal-lemin. Wara jridu jnisslu l-mamma u l-għerq tal-kliem użat.
Fit-2 paġna l-istudenti se jilagħbu l-logħba popolari Sriep u Slielem fejn iridu jirrispondu xi mistoqsijiet dwar il-mamma u l-għerq tal-kliem biex ikunu jistgħu javvanzaw.
Fit-3 paġna l-istudenti jridu jaqtgħu l-mamma tal-għeruq mogħtija u jikkonjugaw skont kif mitluba.
Il-Verb Dgħajjef
R3 – Naf nagħraf jekk verb hux dgħajjef nieqes jew sħiħ jispiċċa bil‑a bħal tefa/tefa’; sema’/rema; mexa/qata’.
Attività għall-Bord Interattiv fuq il-mamma tal-verbi b’enfasi fuq dawk dgħajfin minn Lorraine Aquilina.
L-Għan tal-Attività: L-istudenti jitgħallmu jnisslu l-mamma ta’ verbi dgħajfin.
Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jidentifikaw verbi li jistgħu jkunu assoċjati mal-istampi u jiktbuhom fl-ewwel linja. Wara jnisslu l-mamma ta’ dawn il-verbi fit-tieni linja.
Nota għall-istudenti u karta tat-taħriġ dwar l-għerq u l-mamma tal-verb Semitiku dgħajjef minn Lorraine Aquilina.
![]() |
![]() |
L-Imperattiv
R1 – Nagħraf il‑forma tal‑Imperattiv sempliċi kemm fit‑taħdit bħal: Ġib il‑pitazz miegħek għada.
R2 – L‑imperattiv tal‑verbi kollha, inklużi d‑dgħajfin, fil‑forom kollha li dan jista’ jsir bħal: minn telaq nagħmlu itlaq/itilqu, minn għamel issir agħmel/agħmlu, minn mexxa nagħmlu mexxi/mexxu; minn tela’ nagħmlu itla’/itilgħu; minn ċapċap nagħmlu ċapċap/ċapċpu.
R3 – Naf kif nagħmel l‑imperattiv meta jsir fuq 2 verbi jew aktar, inklużi l‑verbi barranin bħal erġa’ pprova, oħroġ ilgħab, aqbad u itlaq iġri issa.
Karti tat-taħriġ marbutin mar-riċetta ta’ Ftira biż-Żejt imħejjija minn Maria Micallef (Skola Medja, Kulleġġ Marija Reġina)
(Ikklikkja hawn biex tara r-ritratti tal-parti prattika ta’ din il-lezzjoni.)
Karti tat-taħriġ dwar l-imperattiv marbutin mat-tema tal-Ewwel Għajnuna.
(Paul Gatt)
Filmat addattat għat-tagħlim tal-Imperattiv minn Gianella Attard, Maria Bonanno, Annmarie Camilleri, Karl Debono, Adreana Farrugia u Nicole Said. Jista’ jintuża bħala introduzzjoni għall-imperattiv biex permezz tiegħu jsir il-proċess tat-tinqija.
It-tipi ta’ nomi
R1 – Naf nagħraf u nagħżel nomi komuni u proprji bħal tifel, Paul, Julienne, tfajla.
In-Nom Komuni u n-Nom Propju 1
Riżorsa għall-Bord Interattv (Starboard / Smartboard) imħejjija mnn Adreana Farrugia.
L-għan tar-riżorsa: Eżerċizzju prattiku dwar in-Nom Propju u Komuni.
Deskrizzjoni tar-riżorsa: L-1 paġna: Nota bl-istampi dwar x’inhu n-nom u kif jitqassam.
It-2 paġna. F’din il-paġna l-istudenti jifirdu għadd ta’ nomi skont jekk humiex Nomi Propji jew Nomi Komuni.
It-3 paġna. L-istudenti jkomplu jikkonsolidaw dak li tgħallmu billi jmexxu n-nomi lejn il-kolonna t-tajba.
![]() |
![]() |
![]() |
In-Nom Komuni n-Nom Propju 2
Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar in-Nom Propju u Komuni minn Maria Cortis.
L-Għan tal-Attività: L-istudenti jitħarrġu fid-differenza bejn in-nom propju u dak komuni.
Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jridu jagħżlu n-nomi skont jekk humiex komuni jew propji mill-ovali lejn il-kaxxi rispettivi. Waqt li qed jagħmlu hekk l-istudenti jagħtu raġuni għall-għażla tagħhom.
It-tipi ta’ nomi
R2 – Naf noħroġ in‑nom verbali bit‑żewġ tifsiriet tiegħu minn verbi Semitiċi bħal minn ħareġ ‑ħarġa, ħruġ; xorob ‑ xarba, xorb; daħal ‑ daħla, dħul.
In-Nom Ewlieni u Mnissel
Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar In-Nom Ewlieni u Mnissel minn Jolene Spiteri Cumbo.
L-Għan tal-Attività: L-istudenti jagħżlu bejn nomi ewlenin u nomi mnisslin.
Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jridu jpoġġu f’kontenituri differenti għadd ta’ nomi skont jekk humiex nomi ewlenin jew nomi mnisslin.
It-tipi ta’ nomi
R3 – Naf noħroġ nomi li juru sengħa, xogħol jew professjoni minn verbi Semitiċi komuni bħal bena nagħmlu bennej, ħadem ‑ħaddiema, għallem ‑għalliem, stad‑sajjied; kiteb ‑ kittieb; tkellem ‑ kelliem.
In-Nom tal-Aġent
Karti tat-Taħriġ dwar in-Nom tal-Aġent, imħejjija minn Adreana Farrugia.
- Livell 7 – 8
Karta Taħriġ – DOCX / Karta Taħriġ – PDF
- Livell 5,6,7
Karta Taħriġ – DOCX / Karta Taħriġ – PDF
Il-Vokali ie
Filmat dwar il-Vokali ie (Stephanie Apap)
L-Aċċent fil-Malti
Filmat dwar l-Aċċent fil-Malti (Stephanie Apap)
L-Appostrofu
Filmat dwar l-Appostrofu (Stephanie Apap)
L-Assimilazzjoni
R2 – Naf kif għandi nagħraf liema konsonanti nikteb meta sseħħ l-assimilazzjoni fil-bidu jew fin-nofs ta’ kelma (nomi u verbi). Eż. żfin mhux /sfin/ għax żifna; libsa mhux /lipsa/għax ilbiesi.
Taħriġ interattiv bl-għajnuna tas-Smigħ għat-tagħlim tal-Assimilazzjoni (Elaine Vella)
L-istudenti jridu l-ewwel isegwu s-sentenzi jinqraw, imbagħad jimlew il-vojt billi jiktbu l-kliem skont ir-regoli tal-Assimilazzjoni. It-tweġibiet jidhru meta tagħfas il-buttuna tal-għajnuna (il-bozza fil-ġenb).
Il-Konsonanti Dgħajfin
Filmat dwar il-konsonanti Dgħajfin (Stephanie Apap)