WERREJ TAL-PAĠNA
Kitba Deskrittiva
- Għanqbuta ta’ Ħsibijiet – Komponiment Keskrittiv (Paul Gatt)
- Norganizza kitbieti f’ordni skont il-pjan – Taħriġ interattiv (Paul Gatt)
- Kitba Deskrittiva – Riżorsi għall-Bord Interattiv (Ryan Caruana, Paul Gatt)
- Kitba ta’ Rakkont Fittizju – Preżentazzjoni u Karti tat-Taħriġ (Josienne Farrugia)
- Kitba Ħielsa mill-Iżbalji – Dizzjunarju Elettroniku li wieħed isib f’Deċiżjonijiet 1 dwar il-Varjanti Ortografiċi (2008)
- Kitba ta’ Kepxin – Preżentazzjoni bit-Taħriġ (Alan Saliba)
- Tkomplija ta’ Djalogu – Kollox Spiċċa b’Wiċċ il-Ġid – Kartun (Darrell Pace)
- Tmiem Differenti għal Djalogu – Uġigħ ta’ Żaqq – Kartun (Jean Paul Grima)
- Kitba ta’ Djarju – Preżentazzjoni (Paul Gatt)
Għanqbuta ta’ Ħsibijiet
R1/2 K1 Nippjana waħdi l-ideat u norganizzahom billi fost l-oħrajn ninseġ għanqbuta ta’ ħsibijiet, mappa kunċettwali, tpinġija, lista u l-bqija u minnhom infassal abbozzi għal kitbieti skont għamliet speċifiċi.
Min Jien? (Paul Gatt)
Għanqbuta bl-ideat għall-komponiment deskrittiv.
R3 K1 – Naħseb kif se nippjana l-ideat u norganizzahom b’loġika u/jew sekwenza meta fost oħrajn ninseġ għanqbuta ta’ ħsibijiet, mappa kunċettwali, lista u l-bqija, u minnhom infassal abbozzi għal kitbieti, skont l-għanijiet u l-udjenza tal-kitba tiegħi.
Meta ltqajt ma’ persuna famuża li kont ilni nixtieq nara
Pjan/għanqbuta ta’ ħsibijiet għall-komponiment deskrittiv
It-Tqassim tal-Paragrafi
R3 K2 – Inqassam il-kitba tiegħi f’paragrafi ta’ qisien differenti skont it-tifsila mitluba mill-ġeneru li nkun qed nikteb u norbothom flimkien biex ikollhom kontinwità, loġika u koerenza.
Attività interattiva: Poġġi f’ordni dawn il-paragrafi biex toħloq il-komponiment marbut mal-għanqbuta Meta ltqajt ma’ persuna famuża li kont ilni nixtieq nara.
Kitba Deskrittiva
Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija mis-Sur Ryan Caruana
Għan tar-riżorsa: Din ir-riżorsa hija intenzjonata biex tintroduċi lill-istudenti mal-kitba deskrittiva.
Deskrizzjoni tar-riżorsa: Fl-1 paġna, l-istudenti jgħaqqdu l-istampa (li tirrappreżenta d-diversi kwalitajiet li huwa mogħni bihom il-bniedem) u jitkellmu dwar dawn il-kwalitajiet.
Fit-2 paġna, l-istudenti jċaqalqu l-kaxxi ta’ taħt l-istampi biex jikxfu l-frażi li tiddeskrivi dik l-istampa.
It-3 paġna, l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mat-terminu. Kitba Deskrittiva.
Kitba ta’ Rakkont Fittizju
R3 K5 Nikteb rakkonti fittizji ta’ bejn 200/250 kelma li jkun fihom karattri, ġrajjiet, postijiet u ambjenti.
Preżentazzjoni bi Pjan għall-komponiment ta’ Kitba b’Rakkont Fittizju bit-titlu Ħolma kerha li kelli. (Josienne Farrugia)
Karti tat-Taħriġ (PDF / DOCX) għall-kitba ta’ Komponiment b’rakkont fittizju Ħolma kerha li kelli. (Josienne Farrugia)
Kitba Mudell (PDF / DOCX) tar-rakkont fittizju Ħolma kerha li kelli skont il-pjan imfassal f’dan il-pakkett ta’ riżorsi. (Josienne Farrugia)
Kitba Ħielsa mill-Iżbalji
R3 K10 Nieħu ħsieb li nikteb jew nittajpja kitbieti b’Malti ħieles mill-iżbalji tas-sintassi, tal-morfoloġija u l-grammatika, tal-ortografija u tal-punteġġjatura u nippreżentahom ċari u puliti.
Wara li titlesta l-kitba deskrittiva marbuta mar-riżorsa preċedenti, l-istudenti jagħtu xogħolhom lil xulxin u jintalbu jikkoreġu u jissuġġerixxu bidliet fil-kitba biex ix-xogħol finali jkun aħjar u aktar korrett. L-istudenti jistgħu jirreferu għal dan id-Dizzjunarju Elettroniku bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar il-Varjanti Ortografiċi (2008)
Kitba ta’ Kepxin
R1 / R2 K3 – Nitgħallem nikteb KEPXINS konċiżi għal ritratti, stampi, komiks, cartoons u l-bqija u fihom nuri li fhimt il-messaġġli jkunu qed juru.
Preżentazzjoni dwar x’inhi kepxin, għaliex u fejn tinkiteb, kif ukoll taħriġ ta’ kitba ta’ numru ta’ kepxins.
Id-Djalogu
R1 K10 – Nikteb mill-bidu jew inkompli djalogi mibdija fuq temi varji ta’ bejn 140 u 200 kelma.
Kollox Spiċċa b’Wiċċ il-Ġid – Tkomplija ta’ Djalogu / Tmiem Differenti – (Darrel Pace)
Biex tara d-djalogu fil-browser ikklikkja fuq l-istampa jew niżżel il-fowlder, iftħu u kklikkja fuq Qwiel u Idjomi Att 1.html (Ħalli dan il-fajl mal-fowlder Data)
Biex temenda l-komik niżżel u installa l-Cartoon Story Maker.
Karti tat-Taħriġ
Taħriġ fuq il-qwiel u l-idjomi f’dan il-komik u kitba ta’ tmiem differenti għal din il-ġrajja.
Tmiem differenti – Uġigħ ta’ Żaqq (Jean Paul Pace)
Biex tara l-kartun ikklikkja l-istampa jew iddawnlowdja l-fowlder, iftħu u kklikkja fuq Jean Paul Grima.html (Ħalli dan il-fajl mal-fowlder Data)
Biex temenda l-komik niżżel u installa l-Cartoon Story Maker
Karti tat-Taħriġ
Karti tat-Taħriġ f’dan il-komik. PDF | DOC
Kitba ta’ Djarju
R1 K6 Inżomm fi djarju/journal il-ġrajjiet l-iktar importanti tal-ġurnata u nagħti l-opinjonijiet tiegħi fuqhom.
R2/3 K6 Nikteb il-ġrajjiet tal-ġurnata fi djarju u nesprimi opinjonijiet personali, il-ġudizzji u r-riflessjonijiet tiegħi fuq uħud minnhom.
Preżentazzjoni – Informazzjoni dwar stili differenti ta’ djarji, djarji famużi u mistoqsijiet tipiċi. (Paul Gatt)