Natura Maltija hija għodda edukattiva fejn permezz ta’ 40 filmat qasir, it-tfal jitgħallmu dwar in-natura tal-gżejjer Maltin. Nosservaw l-aġir tal-ħlejjaq li jeżistu madwarna minn annimali, siġar u pjanti. L-għalliema jistgħu jagħmlu użu minnha faċilment biex jiżdied l-għarfien mat-tfal dwar il-ħolqien kollu li mdawrin bih.
Matul din is-sena qiegħed jittella’ filmat kull ġimgħa fuq Youtube u Facebook u ser jibqgħu disponibbli għall-publiku.
Il-produzzjoni Natura Maltija hi riżultat ta’ 6 snin ta’ ħidma mis-Sur Saviour Bonnici, għalliem li għandu għal qalbu ħafna n-natura ta’ Malta, bil-għan li l-poplu Malti jkollu aċċess viżiv tas-sbuħija li hu mdawwar biha pajjiżna.
Is-Sur Bonnici jista’ jkun ikkuntatjat fuq saviourbon@gmail.com.
Ara ċ-ċirkulari DLAP 018 – Natura Maltija – Filmati Edukattivi dwar in-Natura Maltija
Il-Lellux u l-Brimba tal-Fjura Mħattba
Gallozz Żgħir
size-medium wp-image-27350″ />