Riżorsi maħluqa mis-Sa S. Scicluna bħala parti mit-Teżi tal-Masters in Teaching and Learning fil-Malti (Università ta’ Malta) bit-titlu It-Tagħlim tal-Qasam tal-Ikel fil-Malti
bħala Lingwa Barranija (Ġunju 2019)
L-istorja ta’ Frawlina hija bbażata fuq it-tema tal-ikel. Kif jisħaq il-FREPA (2010) (ara sezzjoni 3.1), l-ikel se jservi ta’ artefatt biex jgħin lill-istudenti barranin jitgħallmu aħjar il-lingwa Maltija. Matul l-istorja, Frawlina se żżur diversi pajjiżi biex titgħallem dwar l-oriġini, it-tradizzjonijiet u l-preparazzjonijiet marbutin mal-ikel ta’ pajjiżi oħra.
Għaldaqstant, waqt li l-istudenti jkunu qegħdin jaqraw l-istorja, se jsiru aktar konxji dwar ir-relazzjoni li hemm bejn l-ikel u l-pajjiż minn fejn oriġina. Dan se jwassal biex, l-istudenti jħossuhom aktar apprezzati għax jindunaw bis-similaritajiet u d-differenzi li hemm bejn il-kulturi.
Riżorsa 0: Nieklu u Nivvjaġġaw Flimkien ma’ Frawlina
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw dwar l-avventura ta’ Frawlina u tul l-istorja jaħdmu l-eżerċizzji marbuta mat-tema tal-ikel.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet: 
Riżorsa 1: Jigsaw Puzzle
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jgħaqqdu l-ismijiet tar-reċipjenti u l-għodod tal-kċina flimkien. Wara, l-istudenti jassoċjaw il-kelma mal-istampa li tirrappreżenta dawn l-istess reċipjenti jew għodod tal-kċina ħalli jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ dawn l-ismijiet.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 2: Sib il-plural tar-reċipjenti u l-għodod tal-kċina Taħriġ interattiv
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jgħaqqdu n-nomi tar-reċipjenti u l-għodod tal-kċina fis-singular mal-plural tagħhom.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 3a: Agħżel l-istampa t-tajba tal-ingredjenti tal-kawlata
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw l-ingredjenti tal-kawlata. Wara jridu jagħżlu l-istampa li tikkorrispondi ma’ kull ingredjent biex l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom magħhom.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 3b: Agħżel il-Plural Magħdud tal-Ingredjenti
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jagħżlu l-plural magħdud ta’ xi ingredjenti partikolari tal-kawlata.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 4: Ibni l-imperattiv ma’ Bina ż-żunżana
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw l-istruzzjonijiet tar-riċetta tal-kawlata u bl-ittri pprovduti se jibnu l-imperattiv. Dan l-eżerċizzju jgħinhom biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-binja tal-imperattiv.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 5: L-Imbuljuta tal-Qastan (Filmat) u Karti tat-Taħriġ
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jsegwu l-filmat dwar kif wieħed għandu jagħmel l-imbuljuta tal-qastan pass pass u wara jaħdmu l-karta tat-taħriġ li tinkludi mistoqsijiet dwaru.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 6: Aqta’ x’inhu l-Ingredjent
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti josservaw l-ħjiel li qed jikxfu għal kull stampa biex fl-aħħar nett jiskopru x’inhu dak l-ingredjent partikolari li huwa mgħotti waqt li jippruvaw jaqtgħu x’inhu.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 7: Poġġi n-Nomi fil-Kolonna t-Tajba
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jridu jpoġġu n-nomi li qegħdin fil-vażett fil-kolonna t-tajba.
Livell ta’ diffikultà: Inqas Ħafif
Ħiliet:
Rizors 8: Il-paella
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jibnu l-imperattiv ta’ kull struzzjoni tar-riċetta tal-paella mill-ittri pprovduti. Wara, iridu jpoġġu l-istruzzjonijiet kif jaħsbu li għandhom jiġu wara xulxin.
Livell ta’ Diffikultà: Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 9: Natillas
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jimlew l-ispazji l-vojta tal-ismijiet tal-ingredjenti bil-konsonanti. Iridu jimlew ukoll l-ispazji l-vojta li hemm fil-metodu bil-verbi fl-imperattiv. Wara, l-istudenti jgħaqqdu kull pass tal-metodu tar-riċetta mal-istampi b’mod korrett.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Ħafif
Ħiliet:
Riżorsa 10a: Agħżel l-Ingredjenti t-Tajbin mis-Supermarket
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw l-ismijiet tal-ingredjenti li qegħdin fuq l-ixkafef tas-supermarket. Wara, se jagħfsu fuq dawk l-ingredjenti li ssemmew qabel biex jagħmlu r-riċetti tal-għaġin alla Norma u tal-kannoli Siċiljani.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Diffiċli
Ħiliet:
Riżorsa 10b: Imla t-Tabella bis-Singular, il-Plural Magħdud u l-Kollettiv
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jimlew it-tabella bid-dettalji t-tajbin tas-singular, tal-plural magħdud jew tal-kollettiv tal-ingredjenti mogħtija.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Diffiċli
Ħiliet:
Riżorsa 11: Għaġin alla Norma
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jimlew it-tisliba billi jbiddlu l-verbi li hemm fil-parentesi għall-imperattiv. Wara jerġgħu jiktbu l-verbi fl-imperattiv fl-ispazji l-vojta tal-istruzzjonijiet wara xulxin.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Diffiċli
Ħiliet:
Riżorsa 12: Fir-Restorant
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mat-taħdit li jintuża meta wieħed imur f’restorant u jordna l-ikel u x-xorb. L-istudenti jkollhom iċ-ċans jipprattikaw dan it-taħdit f’logħba ta’ rwol.
Livell ta’ Diffikultà: Inqas Diffiċli
Ħiliet:
Riżorsa 13: Il-Vasilopita
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw l-istruzzjonijiet ta’ kif wieħed għandu jagħmel il-vasilopita. Wara se jagħżlu l-istampa t-tajba għal kull struzzjoni.
(Ir-riċetta tal-vaslipota hija meħuda u addattata mis-sit
https://www.allrecipes.com/recipe/24557/vasilopita/)
Livell ta’ diffikultà: Inqas Diffiċli
Ħiliet:
Riżorsa 14: L-Insalata tal-Frott Marokkina bil-Jogurt (Preżentazzjoni), Taħriġ 1, Taħriġ 2
L-Għan tar-Riżorsa – Il-Preżentazzjoni: L-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ingredjenti billi jgħaqqdu u jgħidu l-ismijiet tal-ingredjenti tal-insalata tal-frott Marokkina mal-istampi.
Taħriġ 1 u 2: L-istudenti jimlew l-ispazji l-vojta tal-istruzzjonijiet tar-riċetta bil-verbi fl-imperattiv. Se jgħaqqdu kull struzzjoni ma’ stampa partikolari.
Livell ta’ diffikultà: Inqas difiċli
Il-Ħiliet:
Riżorsa 15: Tiġieġa a la Marokkina, L-Ingredjenti, It-Taħriġ
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jsegwu filmat u jaħdmu l-mistoqsijiet dwaru.
Ir-riċetta tat-tiġieġa a la Marokkina hija meħuda u addattata mill-ktieb ta’ Peter Dacoutros (2009) Tisjir ma’ Peter. Riċetti għal Saħħtek.
Livell ta’ diffikultà: Inqas diffiċli
Il-Ħiliet:
L-Ingredjenti
It-Taħriġ
Riżorsa 16: Sib il-frott u l-ħaxix u l-għodda u r-reċipjenti mill-kċina.
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jsibu l-frott u l-ħaxix fil-kċina u jagħtu s-singular, il-plural magħdud u l-kollettiv ta’ dawk l-ingredjenti partikolari.
Livell ta’ diffikulta: Diffiċli
Il-Ħiliet:
Riżorsa 16a: Frott u Ħaxix
Riżorsa 16b: Għodda u Reċipjenti
Riżorsa 17: Ikteb l-Imperattiv tal-Istruzzjonijiet
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw l-istruzzjonijiet tar-riċetta tandoori king prawns u jimlew il-vojt billi joħorġu l-imperattiv mill-għerq tal-verb.
Ir-riċetta tat-tandoori king prawns hija meħuda u addattata mill-ktieb ta’ Anna Camilleri
(2002) Tisjir mid-Dinja Kollha.
Livell ta’ Diffikultà: Diffiċli
Il-Ħiliet:
Riżorsa 18: Nimlew menù Ċiniż!
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jimlew l-ispazji l-vojta biex jibnu menù Ċiniż ħalli jsiru aktar familjari malistruttura tal-menù li jsibu fir-restoranti.
Livell ta’ Diffikultà: Diffiċli
Il-Ħiliet:
Riżorsa 19: Ikteb l-istruzzjonijiet tar-riċetti bl-għajnuna tal-istampi
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti josservaw l-istampi li għandhom għal kull struzzjoni tar-riċetti u jiktbu lmetodu huma stess.
Ir-riċetta tat-tiġieġa sweet and sour hija meħuda u addattata mis-sit https://www.bbcgoodfood.com/recipes/1472/easy-sweet-and-sour-chicken.
Ir-riċetta tan-noodles stir-fried hija meħuda u addattata mis-sit https://www.bbcgoodfood.com/recipes/2975/stirfried-noodles.
Livell ta’ Diffikultà: Diffiċli
Il-Ħiliet:
Riżorsa 20: Kwiżż dwar l-istorja ta’ Frawlina
L-Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jaqraw l-istorja ta’ Frawlina u wara jwieġbu l-mistoqsijiet ta’ dan il-kwiżż.
Livell ta’ Diffikultà: Diffiċli
Il-Ħiliet: