Filmati fuq qwiel Maltin minn FIMBank.
Proġett biex titwettaq ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Bank.
1. Aħjar ħobż xott f’darek milli frisk għand ħaddieħor
2. Aħjar tidħak milli tibki
3. Aktar m’għandek, aktar trid
4. Bajda tas-sultan titħallas b’dundjan
5. Biex il-fqir jara xi faraġ, il-fekruna trid titla’ taraġ
6. Bil-flus tagħmel triq fil-baħar
7. Bil-ġmiel biss ma nimlewx żaqqna
8. Borom żgħar għandhom widnejn kbar
9. Ċafċaf papru, la sibt l-ilma
10. Ċawla bajda qatt ma dehret
11. Fil-baħar bnazzi kulħadd baħri
12.Fittxu ħuduh ‘il barra ħalli naqsmu dak li ħalla
13. Fuq ġebla waħda jibni sur
14. Ġimgħa bla ħlas, ġisem bla ras
15. Ġurdien xiħ ma jikolx ġobon
16. Għaċ-ċrieket u għall-imsielet, baqgħet bla ma kielet
17. Għal kull għadma hawn mitt kelb
18. Ħadd ma jitwieled jitkellem
19. Ħmar tajjeb jinbiegħ f’pajjiżu
20. Iddur kemm iddur, in-naħla lejn l-għasel tmur
21. Il-baħar fis-sajf xiħ u fix-xitwa ġuvni
22. Il-bajda li kellha l-widnejn, kienu jerfgħuha t-tnejn
23. Il-bniedem għaqli ma jdurx ma’ kull riħ
24. Il-far fejn ma jilħaqx bi lsienu, jilħaq b’denbu
25. Il-flus jagħmlu l-flus u d-dud jagħmlu d-dud
26. Il-ħmar li jġorr l-inbid jixrob l-ilma
27. Il-ħuta ż-żgħira qatt ma kielet il-kbira
28. Il-kelb il-mismut, kull ilma jaħsbu misħun
29. Il-kelma toħroġ mis-sinna u timla d-dinja
30. Il-kliem qabel tgħidu iżnu u qisu
31. Il-logħob jilgħabek
32. Il-lupu jbiddel sufu u mhux għemilu
33. Il-paga għall-pjaga
34. Is-Sajf ta’ Jannar, għana tal-biedwi u tal-fqar
35. Is-sħana tax-xemx ma tgħallix patata
36. Is-swaba’ tal-id mhumiex kollha ndaqs
37. Ix-xitan jgħabbik, irikkbek u jħallik
38. Ix-xogħol hu jikkmandak
39. Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma
40. Iż-żwieġ kaxxa magħluqa
41. Jekk int ċawla tippruvax tagħmilha ta’ ajkla
42. Jekk tixtri kulma tara, iżżarma l-għamara
43. Jiekol bir-riħa u jħallas biċ-ċekċik
44. Jien bin ommi ta’ żaqqi f’fommi
45. Kelma żejda fuq ġieħ issir mitħna tar-riħ
46. Kieku jekk jewwilla ma jimlew l-ebda bixkilla
47. Kif tagħlaq iċ-ċinkwanta, ix-xitan jibda jittanta
48. Kulħadd taħt saqaf wieħed
49. Kull għasfur jiftaħar b’rixu
50. Kull kobba fiha tarfa
51. Kull razza għandha l-paljazza
52. La ħarġet minn qalbi, ħarġet minn fommi
53. L-aħjar ħut jgħum f’qiegħ il-baħar
54. L-essenza fil-fliexken iż-żgħar
55. L-ispiżjar milli jkollu jtik
56. Mill-kliem għall-fatt hemm raġel b’xiber mustaċċi
57. Min jorbot bi lsienu, ma jsibx ieħor bi snienu
58. Qattus u ġurdien qatt ma nstabu flimkien
59. Tajbin m’aħniex, ħżiena ma tantx u sejrin lura bħall-granċ
60. Trid tinqaleb il-mewġa biex tibda tħoss xi fewġa
61. Żwieġ mhux imlaqqa’, fil-qabar iwaqqa’