Il-Qari – 1 SEK

Werrej tal-Paġna


 

Riżorsi b’taħriġ marbut mal-qari dwar l-istorja, il-karattri, il-bijografija tal-awtur, il-ħrafa u l-leġġenda, il-poeżija u l-werrejja għall-ktieb. Dawn il-karti tat-taħriġ tħejjew minn Helen Barbara u Helmut Cassar mill-Aġenżija tal-Litteriżmu.

R1/R2 K1 – Naqra bis‑sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba, f’qalbi, waħdi, fis‑skiet, għall‑gost, quddiem ħaddieħor, ma’ oħrajn, ngħidu aħna, poeżiji, novelli, artikli f’gazzetti jew rivisti, stejjer tal‑biża’, tad‑daħk,  mistħajla, stejjer ta’ vera, bijografiji, u l‑bqija.

R3 K1 – Naqra bis‑sens, b’leħen ċar u tonalità tajba, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza u nifhem kitbiet ta’ ġeneri differenti ta’ bosta kittieba, f’qalbi, għal rasi, fis‑skiet, għall‑gost, quddiem ħaddieħor,  ma’ oħrajn u l‑bqija; ngħidu aħna, riċetti, poeżiji, novelli, drammi, gazzetti, rivisti, stejjer tal‑biża’, tad‑daħk, mistħajla, ta’ vera, bijografiji, awtobijografiji, u l‑bqija.

R1 K5 – Nislet minn dak li naqra l‑punti ewlenin billi nidentifika l‑kliem, il‑frażijiet u s‑sentenzi l‑aktar importanti.

R1 K6 – Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti, ngħidu aħna, jirrakkuntaw, jiddeskrivu, jgħarrfu, jgħallmu, jagħtu gost, idaħħku, jispjegaw, jirreklamaw, ibigħu, jesprimu sentiment, u l‑bqija.

R1/R2 K8 – Naqra u nagħti kas tal‑intonazzjoni billi nsegwi sewwa s‑sinjali tal‑punteġġjatura bħal l‑ittri kapitali, is‑sing, l‑aċċent grafiku, il‑punt, iż‑żewġ punti, il‑virgola, il‑virgoletti, il‑kursiv, il‑puntini, il‑parentesi, is‑sinjal tal‑mistoqsija, is‑sinjal esklamattiv u ż‑żewġ punti. 

 

Il-Malti … … Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr

Magazin elettroniku kkreat bi sħab mat-taqsima tal-lingwi tal-Fakultà tal-Edukazzjoni. Għal-lingwa Maltija ħa sehem is-Sur Christian Spiteri mill-iskola Medja tan-Naxxar. Fih kitbiet b’ġeneri differenti u anke xi logħob, kollha kemm huma xogħlijiet l-istudenti  tal-ewwel u t-tieni sena fl-iskola Medja tan-Naxxar.

Ħolqien ta’ riżorsi simili jistgħu jkunu parti mil-lezzjonijiet tal-Malti u t-tema trasversali tal-Litteriżmu Diġitali. Din ir-rivista nħolqot b’xejn onlajn permezz tas-sit www.joomag.com u tista’ taċċessaha wkoll onlajn 
Magażin tal-Malti - Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr - Christian Spiteri

 

It-Temp tal-Verb fil-Qari – (Fransianne Cutajar)

R3 K6 Jien u naqra nidentifika l-verb u nintebaħ f’liema temp qiegħed jitħaddem.

Riżorsa permezz tal-Bord Interattiv  – (Starboard)

Permezz ta’ din ir-riżorsa magħmula minn 3 paġni, l-istudenti jipprattikaw it-temp tal-verbi f’kuntesti differenti u jifhmu kif it-temp tal-verb jinfluwenza l-binja tal-istorja.  

Kwiżż fuq it-Temp tal-Verb (Passat/Preżent/Futur) bil-Kahoot (Fransianne Cutajar)

 

 


R3 K2 Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha; inwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa fuqu; nagħraf jekk kitba tkunx mistħajla jew realistika; nagħraf il-messaġġi li jrid iwassal l-awtur anke dawk impliċiti u kif dawn jolqtu lill-qarrejja; inqabbel dak li naqra mal-esperjenzi tiegħi u ta’ ħaddieħor, nirrifletti fuq il-kuntest u ż-żmien li fih saret il-kitba, u l-bqija.*

Qari ta’ Kitba Oġġettiva u Suġġettiva – (Paul Gatt)

Kitba Oggettiva u Suggettiva


 


Informazzjoni Impliċita u Espliċita  – Noti u Taħriġ (Paul Gatt)

Risposti għall-karta tat-taħriġ

Informazzjoni Impliċita u Espliċita