Il-WERREJ TAL-PAĠNA
KOMPONIMENT DESKRITTIV
- Deskrizzjoni ta’ Persuna jew Karattru
- Deskrizzjoni ta’ Post
- Kitba ta’ Djalogu u Taħriġ Ieħor Marbut mat-Tema tal-Baħar
- Storja fuq Set ta’ Stampi
- Kitba Argumentattiva
- L-Użu ta’ Dizzjunarju jew Teżawru
- Reċensjoni ta’ Film
- Xogħol l-Istudenti
IL-KITBA
-
Komponiment Deskritiv
R1 K1 Nippjana waħdi l-ideat u norganizzahom billi fost oħrajn ninseġ għanqbuta ta’ sibijiet, mappa kunċettwali, tpinġija, lista u l-bqija u minnhom infassal abbozzi għal kitbieti skont għanijiet speċifiċi.
R1 K2 Inqassam il-kitba tiegħi f’paragrafi ta’ qisien differenti skont it-tifsila mitluba mill-ġeneru li nkun qed nikteb u norbothom flimkien biex ikollhom kontinwità, loġika u koerenza.
R2 K4 Nikteb kitbiet deskrittivi ta’ bejn 150 u 200 kelma fuq persuni, postijiet, avvenimenti, u l-bqija.
R3 K5 Nikteb kitbiet deskrittivi ta’ bejn 200 u 250 kelma fuq persuni, postijiet, avvenimenti, u l-bqija.
-
Deskrizzjoni ta’ persuna jew karattru
Kitba ta’ komponiment deskrittiv – L-akbar ħabib tiegħi
Din il-mappa kunċettwali nħadmet permezz tas-sit https://www.text2mindmap.com/
Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija mis-Sur Ryan Caruana
Għan tar-riżorsa: Din ir-riżorsa hija intenzjonata biex tintroduċi lill-istudenti mal-kitba deskrittiva.
Deskrizzjoni tar-riżorsa: Fl-1 paġna, l-istudenti jgħaqqdu l-istampa (li tirrappreżenta d-diversi kwalitajiet li huwa mogħni bihom il-bniedem) u jitkellmu dwar dawn il-kwalitajiet.
Fit-2 paġna, l-istudenti jċaqalqu l-kaxxi ta’ taħt l-istampi biex jikxfu l-frażi li tiddeskrivi dik l-istampa.
It-3 paġna, l-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mat-terminu. Kitba Deskrittiva.
![]() |
![]() |
![]() |
-
Deskrizzjoni ta’ Post
Riżorsa għall-Bord Interattiv bħala għajnuna għall-kitba ta’ deskrizzjoni ta’ post minn Maria Bonanno, Ryan Caruana u Dorianne Bonello.
Għan tal-Attività: Din l-attività tista’ tintuża bħala introduzzjoni għas-suġġett. L-istudenti jistgħu jintalbu jiddeskrivu dak li qed jaraw fl-istampi li jkunu kixfu, jekk qattx żaru xi post simili, l-użu tal-postijiet, l-emozzjonijiet li jqanqlu fihom dawn il-postijiet eċċ.
Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jfittxu taħt l-istampi ta’ bibien biex jaraw liema stampa tolqothom l-aktar. Wara kull stampa li jikxfu jiddeskrivu kif spjegat aktar ‘il fuq.
Kitba ta’ djalogu u taħriġ ieħor marbut mat-tema tal-Baħar – (Komik ta’ Jessica Schembri u Daniela Baldacchino) PDF | DOC
Filmat fuq il-kelma Klamar (FIMBank)
-
Kitba dwar Sett ta’ Stampi
R1 K2 Inqassam il-kitba tiegħi f’paragrafi ta’ qisien differenti skont it-tifsila mitluba mill-ġeneru li nkun qed nikteb u norbothom flimkien biex ikollhom kontinwità, loġika u koerenza.
R3 K4 Nikteb testi fattwali, fosthom artikli u rapporti, ta’ bejn 120 u 150 kelma, b’tagħrif fuq ngħidu aħna l-ambjent, postijiet, avvenimenti u ġrajjiet.
R1 K4 Nikteb rakkonti fittizji, bħal tal-fantaxjenza, tas-seħer, tal-biża’, u l-bqija, ta’ bejn 120 u 150 kelma li jkun fihom karattri, ġrajjiet, postijiet u ambjenti.
-
Kitba Argumentattiva
R2 Nikteb kitbiet argumentattivi fejn infisser il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ pożizzjoni, opinjoni u l-bqija ta’ bejn 150 u 200 kelma bbażati fuq informazzjoni riċerkata.
Għanqbuta ta’ ideat dwar din it-tema għall-kitba ta’ Komponiment Argumentattiv
Biex temenda din l-għanqbuta kkopja l-kontenut ta’ L-Uniformi: Argumenti Favur u Kontra f’dan is-sit text2mindmap
Ikklikkja biex taċċessa riżorsa tal-qari dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-uniformi.
-
L-Użu ta’ Dizzjunarju u Teżawru
R3 K5 Ninqeda sew b’dizzjunarji u teżawri biex infittex il-kliem li ma nkunx naf xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad u kif jinqara, fi kliem ieħor, billi nuża l-ordni alfabetika l-għerq jew iz-zokk morfemiku, il-mamma jew il-forma ewlenija tal-kelma, l-etimoloġija, u l-bqija.
Qabbel il-kliem mat-tifsir – Riżorsa Interattiva Online marbuta ma’ Kapitlu 4 tar-rumanz Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta (Elysia Ciantar)
-
Reċensjoni ta’ Film
R3 K9 Nikteb reċensjoni ta’ film/dramm li nkun rajt u ktieb li nkun qrajt u nagħti l-fehmiet tiegħi fuq il-produzzjoni artistika, il-ġrajja, il-karattri u l-bqija.
Reċensjoni tal-Film Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb (2017): Taħriġ Online
Dan it-taħriġ jista’ jintuża kemm biex jintaħqu l-kisbiet tal-Kitba kif ukoll tal-Metalingwa.
Imla l-vojt bil-kelma miktuba korrett.
Reċensjoni tal-Film Charlie’s Angles (2019): Preżentazzjoni (PDF / PPT)
-
Xogħol l-Istudenti
Storja Narrattiva – Ma kinitx gidma ta’ nemusa – Shanise Chetcuti (Skola Medja, Kulleġġ Marija Reġina, Il-Mosta)
Deskrizzjoni ta’ Persuna – Katrina Galea Curmi (Skola Medja, Kulleġġ Marija Reġina In-Naxxar, Għalliem Mark Ciantar)
Deskrizzjoni ta’ Persuna – Allezea Galea (Skola Medja, Kulleġġ Marija Reġina Naxxar,Għalliem Mark Ciantar)