It-Taħdit
Riżorsi tat-Taħdit tal-Malti għall-Barranin għar-Raba’ Sena tal-Primarja
K2: Nuża l-Frażijiet tal-Ħin u ż-Żmien fit-Taħdit
Preżentazzjoni – (Josette Baldacchino)
- Fejn sifirt? (Abigail Inguanez, Joanne Gauci u Dylan Camilleri)
L-għan tal-Attività: It-tagħlim tal-mistoqsija “Fejn Sifirt?” u t-tweġiba għaliha, ismijiet ta’ xi pajjiżi u l-bliet kapitali tagħhom u l-użu tal-artiklu.
Biex tirranġa, iżżid jew tnaqqas ma’ din l-attività niżżel dan il-fajl u uża l-programm Cartoon Story Maker.
Il-Festa
Il-Festa (Filmat ta’ Jesred-Charles Bezzina)
Riżorsi għall-Bord Interattiv (SmartBoard) dwar il-Festa Maltija bl-għan li jitgħallmu vokabolarju marbut mat-tema tal-festa waqt li japprezzaw il-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin relatati mal-festa. (Charlene Ellul, Davina Sammut u Donnalise Caruana)
Il-Festa – Logħba tal-Memorja 1
L-istudenti jqabblu l-kliem mal-istampi.
Il-Festa – Logħba tal-Memorja 2
L-istudenti jqabblu l-kliem mal-istampi.
Il-Festa – Vokabolarju
F’dan l-eżerċizzju, meta l-istudenti jagħfsu qrib l-istampa iddur il-bieba u jintwera l-isem tal-istampa.
Il-Festa – Poeżija
L-istudenti jridu jimlew il-vojt bil-kliem li hemm in-naħa ta’ isfel tal-paġna. Dan it-taħriġ jibni fuq iż-żewġ attivitajiet ta’ qabel.
Filmat mużikali bid-diska Il-Festa ta’ Mary Rose Mallia
Riżorsa bil-Bord Interattiv (StarBoard) għar-4 Sena fuq il-Ħin imħejjija minn Joanne Vella Falzon
Kisbiet milħuq permezz ta’ din ir-riżorsa
- Il-Qari (4): Naqra l-ħin bħal ngħidu aħna Is-siegħa, is-sagħtejn, nofsillejl, nofsinhar, il-ħdax u nofs, it-tmienja u nofs meta f’testi ma jkunx miktub fi kliem.
- Is-Smigħ (4): Nifhem il-ħin bħal ngħidu aħna Is-siegħa, is-sagħtejn, nofsillejl, nofsinhar, il-ħdax u nofs, it-tmienja u nofs, ix-xhur u l-istaġuni tas-sena imwassla lili b’mod ċar u bil-mod.
- It-Taħdit (2): Nuża frażijiet sempliċi li jinkludu referenza għall-ħin bħal ngħidu aħna Is-siegħa, is-sagħtejn, nofsillejl, nofsinhar, il-ħdax u nofs, it-tmienja u nofs, ix-xhur u l-istaġuni tas-sena
Deskrizzjoni tar-Riżorsa:
Fl-ewwel taħriġ (p.2) l-istudenti jridu jmexxu n-numri lejn il-vleġeġ korrispondenti.
Fit-tieni taħriġ (p.3) l-istudenti jgħaqqdu, permezz ta’ vleġeġ is-sentenzi mal-istampi.
Fit-tielet taħriġ (p.4) l-istudenti jridu jgħidu l-ħin u wara jħassru l-istampa biex jikxfu l-kelma u jaraw jekk qalux ir-risposta t-tajba.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |