Verbimaltin hija għodda interattiva intenzjonata għall-istudenti u l-għalliema li fiha jsibu l-konjugazzjoni ta’ ħafna verbi bis-suffissi pronominali kollha, fil-pożittiv u fin-negattiv, fil-konjugazzjonijiet kollha.
Biex tifhem aħjar kif taħdem din l-għodda diġitali tista’ tikkonsulta dan il-Manwal.
Fih issib ukoll kif is-sit verbimaltin jista’ jintuża mill-għalliema b’eżempji ta’ attivitajiet u taħriġ li jistgħu jsiru fil-klassi jew id-dar.
Fih issib ukoll kif is-sit verbimaltin jista’ jintuża mill-għalliema b’eżempji ta’ attivitajiet u taħriġ li jistgħu jsiru fil-klassi jew id-dar.
Din l-għodda tħejjiet mill-Prof Antoinette Camilleri Grima u l-Prof Jacqueline Żammit mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta.
Għal aktar informazzjoni ibgħat ittre fuq: verbimaltin@um.edu.mt
