Riżorsi għall-Istudenti Barranin fl-Iskola Medja.
Dokumenti relatati mat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija – Livell Medju/Sekondarja.
- It-Tagħlim tal-Malti lill-Barranin (Skejjel Medji/Sekondarji) – Ċirkulari DCM 259/2015
- Tabella tal-Assessjar
- Pjan ta’ ħidma A1
- Manwal – Assessjar Formattiv Medja/Sekondarja
Qafas ta’ Referenza għall-Metodoloġiji Plurali (QREMP) għal-Lingwi u l-Kulturi
X’inhu? Huwa deskrizzjoni kompluta li timplimenta b’mod konkret il-kompetenzi plurilingwi u interkulturali u r-riżorsi li jistgħu jiġu żviluppati fit-tagħlim grazzi għall-metodoloġiji plurali. Għaldaqstant il-QREMP jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet edukattivi maħsuba mill-Kunsill tal-Ewropa f’dak li għandu x’jaqsam mal-lingwi u l-kulturi.
X’inhuma l-metodoloġiji plurali? Il-metodoloġiji plurali għal-lingwi u l-kulturi huma metodoloġiji didattiċi li jinvolvu l-użu ta’ bosta (jew għallinqas aktar minn waħda) lingwi u kulturi fl-istess ħin waqt il-proċess tat-tagħlim… Aktar…
Min għandu jkun jaf dwar il-QREMP? L-għalliema tas-suġġetti kollha li għandhom interess fl-edukazzjoni plurilingwi u interkulturali. Dawk li jħarrġu lill-għalliema, dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-kamp tal-edukazzjoni lingwistika, dawk li jfasslu l-kurrikulu u l-programmi skolastiċi kif ukoll kittieba ta’ kotba għat-tagħlim.
Il-QREMP joffri:
• Deskrizzjoni sistematika tal-kompetenzi u r-riżorsi (Tagħrif, Kapaċitajiet u Attitudnijiet) li għandhom jiġu żviluppati fi prospettiva ta’ edukazzjoni plurilingwi u interkulturali… Aktar…
• Database li tipprovdi materjal għat-tagħlim online…Aktar…
• Kitt għat-taħriġ tal-għalliema online …Aktar…
F’dan is-sit wieħed isib bosta riżorsi għat-tagħlim tat-tieni lingwa.
Riżorsi maħluqa b’koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti fid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Iskola Medja tan-Naxxar tal-Kulleġġ Marija Reġina.
Riżorsi għat-Tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija
-
L-Ordni Alfabetika
Lezzjoni b’riżorsi interattivi bl-għan li l-istudenti jitgħallmu jordnaw il-kliem skont ordni tal-alfabett Malti. (Marvic Lanzon u Christine Meli)
L-Alfabett – Il-Ħaxix u l-Frott
Kemm taf Ħaxix u Frott?
Filmat dwar vokabolarju u kif jinkitbu l-ismijiet tal-Frott u l-Ħaxix (Fiona Camilleri)
Meta mmur nixtri l-Frott u l-Ħaxix – Preżentazzjoni b’vokabolarju utli għal meta wieħed imur jixtri l-frott u l-ħaxix. (Fiona Camilleri)
Karti tat-Taħriġ dwar vokabolarju marbut mal-Frott u l-Ħaxix (Fiona Camilleri)
-
Il-Pronomi Personali
Filmat dwar il-Pronomi Personali (Fiona Camilleri)
Karti tat-Taħriġ (Doc / PDF) fuq il-Pronomi Personali (Fiona Camilleri)
-
Il-Ħin
Riżorsi ta’ Francesco Vassallo, Daniela Caruana Lia, Ayrton Sammut.
Is-sigħat. (PowerPoint)
Nota – Kif naqraw il-ħin bil-Malti (Karta tat-Taħriġ)
Is-Sigħat – Ikteb il-Ħin – Karta tat-Taħriġ
Il-Ħin Diġitali u l-Fittiexa – Karta tat-Taħriġ
Agħżel il-Ħin it-Tajjeb – Karta tat-taħriġId-Djarju Tiegħi – Karta tat-Taħriġ
Stħarriġ dwar il-Ħin – Karti tat-taħriġ PPT | PDF
Il-Ħin – neqsin kwart, u nofs, u kwart – (PPT | PDF)
Logħba – Aqta’ x’ħin hu. (PPT | PDF)
Il-Ħin Diġitali – Karta tat-taħriġ
Logħba Konklużiva – Eżerċizzju tas-Smigħ li jinkludi kwizz
Karti tat-Taħriġ fuq il-Logħba Konklużiva (PDF | DOC)
Tliet stampi għall-użu tal-għalliema u l-istudenti dwar il-ħin.
![]() |
![]() |
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Ħin mħejjija minn Helen Barbara.
- Il-Konsonanti Xemxin u Qamrin
Lezzjoni bl-għan li l-istudenti jitgħallmu jagħżlu bejn il-konsonanti xemxin u qamrin. (Keith Caruana u Justin Borg)
Il-Passi tal-Lezzjoni – Il-Konsonanti Xemxin u Qamrin
L-attivita interattiva permezz tal-bord interattiv (Ikklikkja hawn biex tinstalla l-Openboard )
- Vokabolarju marbut mal-ismijiet tal-pajjiżi – (Abigail Inguanez, Joanne Gauci u Dylan Camilleri)
Preżentazzjoni bl-ismijiet ta’ xi gżejjer fil-Mediterran
- L-Artiklu
Preżentazzjoni interattiva biex l-istudenti jitgħallmu l-ismijiet tal-pajjiżi u l-kontinenti bil-Malti b’enfasi fuq l-artiklu.
Preżentazzjoni – Kwizz dwar l-artiklu u vokabolarji marbut ma’ ismijiet ta’ bliet kapitali.
Preżentazzjoni u Karti tat-taħriġ – Qabbel l-artiklu mal-pajjiżi.
Karta tat-taħriġ (DOC | PDF) dwar xi gżejjer u l-pajjiż li jiffurmaw parti minnu.
Karta tat-taħriġ (DOC | PDF) dwar il-bliet kapitali, iċ-ċittadini u l-lingwa uffiċjali ta’ xi pajjiżi.
Karta tat-taħriġ / Tisliba (DOC | PDF) fuq xi pajjiżi u l-bliet kapitali tagħhom.
Logħob tal-Memorja – Taħriġ dwar l-Artiklu (Abigail Inguanez, Joanne Gauci u Dylan Camilleri)
Ir-Rota tal-Fortuna: Preżentazzjoni interattiva għat-taħriġ tat-tlissin tal-ismijiet tal-bliet kapitali.
Fejn Sifirt? (Kartun) – Taħriġ dwar it-tlissin ta’ ismijiet ta’ pajjiżi u l-bliet kapitali tagħhom, it-tħaddim tal-artiklu u spunt biex titqanqal taħdita sempliċi dwar is-safar u l-pajjiżi li l-istudenti żaru.
Tista’ tniżżel din ir-riżorsa ġo zip file biex tkun tista’ temendaha bil-programm Cartoon Story Maker
L-Użu u t-Tqassim tad-Dizzjunarju: Preżentazzjoni Interattiva – Is-8 sena Rotta 1 – Qari: Kisba numru 9 (Joanne Vella Falzon)
-
Aqta’ l-Kelma u Oħloq Sentenzi (Partiċipju Attiv / Verbi) (Jake Debattista)
- L-Arblu tar-Razza (Josienne Farrugia)
Karta tat-Taħriġ – Kwizz (PDF | DOC)
-
Id-Dehra, l-Għajnejn u x-Xagħar
Verbi marbutin mad-Dehra – (Preżentazzjoni) – Josette Baldacchino
L-Għajnejn u x-Xagħar (Noti) – Stephanie Dempsey
L-Apparenza (Noti) – Stephanie Dempsey
Qabbel l-Istampa mal-Paragrafu (Karta tat-Taħriġ) – Stephanie Dempsey
Aqta’ Min Jien (Logħba) – Stephanie Dempsey
Rachel u Stefan (Joanne Camilleri)
Taħriġ il-Fehem bl-Istruzzjonijiet bil-Malti biss.
Taħriġ il-Fehem bl-Istuzzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż
-
Ilbies u Ħwejjeġ
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-ilbies, imħejjija minn Tiziana Bugeja.
-
It-Temp u l-Ilbies
Kif inhu t-temp – Preżentazzjoni (Stephanie Dempsey)
It-temp u l-istaġuni – Karta tat-taħriġ (Stephanie Dempsey)
Il-Ħwejjeġ – Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju (Stephanie Dempsey)
Ilbies u Aċċessorji – Karta tat-taħriġ ta’ vokabolarju (Stephanie Dempsey)
Kif inhu t-temp fis-sajf u x’nilbsu? – Karta tat-taħriġ b’enfasi fuq il-kitba (Stephanie Dempsey)
X’inhuma lebsin? – Karta tat-taħriġ għall-fehim mill-qari (Stephanie Dempsey)
L-Ilbies – Karti tat-taħriġ għall-kitba (Stephanie Dempsey)
It-Temp u l-Ilbies – Silta għall-qari u taħriġ għall-fehim mis-smigħ (Stephanie Dempsey)
Is-Sriep u s-Slielem – Logħba relatata mat-temp (Stephanie Dempsey)
Verbi marbutin mal-Ħwejjeġ – Josette Baldacchino
-
L-Istaġuni u t-Temp
Dawn ir-riżorsi huma mnebbħa minn idea ta’ D. Kenely, T. Bugeja, M. Saliba, R. Farrugia, A. Chetcuti u D. Buhagiar u prodotti mid-Dipartiment tal-Malti.
Preżentazzjoni dwar vokabolarju marbut tal-istaġuni u mat-temp.
Karti tat-taħriġ dwar ir-rapport u t-tbassir tat-temp.
Ir-Rapport tat-Temp: Taħriġ interattiv (PPT) It-8 Sena (Smigħ) (Stephanie Sciberras)
Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar vokaboarju marbut mal-istaġuni.
-
Il-Basket tal-Iskola
Riżorsa bil-Bord Interattiv (StarBoard) dwar vokabolarju marbut mal-Kontenut tal-Basket tal-Iskola immirat għas-7 Sena (Rotta 1) imħejjija minn Maureen Zammit.
Kitba (3): Nikteb lista tal-affarijiet li għandi fil-basket tal-iskola u listi ta’ affarijiet oħra dwar it-temi li tgħallimt jew qed nitgħallem dwarhom.
Deskrizzjoni tar-Riżorsa:
Fl-ewwel taħriġ (p.2) l-istudenti jridu jgħidu l-isem tal-oġġetti li qed jaraw wieħed wieħed u jħassru l-mistoqsijiet biex jaraw jekk qalux ir-risposta t-tajba.
Fit-tieni taħriġ (p.3) l-istudenti jridu jimlew il-vojt fis-sentenzi permezz tal-kliem li hemm fil-kaxxa ta’ fuq.
Fit-3 taħriġ (p.4) l-istudenti jridu jgħaqqdu l-kelma mal-frażi li taqbel billi jpinġu linja.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
-
Qari ta’ Riklam
Qari ta’ Reklam – Taħriġ Interattiv immirat għat-8 Sena (Rota 2) imħejjji minn Maureen Zammit.
Qari (3): Insib informazzjoni speċifika f’kitbiet bħal reklami, fuljetti u skedi ta’ ħinijiet.
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ verbi marbuta mal-Passatempi u l-Isport (Josette Baldacchino)
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Passatempi. (Josienne Farrugia)
-
Postijiet ta’ Interess
Preżentazzjoni – Taħdit Titgħallem tistaqsi biex issib postijiet ta’ interess f’Malta. (Josienne Farrugia)
-
L-Ikla t-Tajba
Din ir-riżorsa hija mnebbħa minn idea ta’ D. Fenech, V. Camilleri, V. Cauchi, J. Darmanin u S. Gauci u prodotti mid-Dipartiment tal-Malti.
Preżentazzjoni bl-awdjo dwar it-terminoloġija użata f’restorant. Din ir-riżorsa tista’ tintuża wkoll biex jitqanqal għarfien u diskussjoni dwar l-ikel tradizzjonali Malti.
-
Direzzjonijiet
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ Direzzjonijiet. Addattata wkoll għat-taħdit dwar il-Belt tal-Imdina u l-postijiet interessanti li fiha din il-belt.
Preżentazzjoni interattiva għat-tagħlim ta’ Direzzjonijiet fuq idea tal-għalliema Fiona Camilleri, Ruth Cassar, Maria Cachia u Abijel Dingli u prodotta mid-Dipartiment tal-Malti.
Karta Taħriġ dwar id-Direzzjonijiet bħala ri-infurzar u/jew reviżjoni tal-vokabolarju li l-istudenti jkunu tgħallmu permezz tal-preżentazzjonijiet preċedenti prodotta mid-Dipartiment tal-Malti.
-
Tislim u Tislijiet
Preżentazzjoni interattiva għat-tagħlim ta’ frażijiet realtati ma’ Tislim u Tislijiet, imħejjija mid-Dipartiment tal-Malti fuq idea ta’ Tiziana Bugeja.
-
Xogħlijiet u Professjonijiet
Preżentazzjoni interattiva għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut ma’ Xogħlijiet u Professjonijiet, imħejjija mid-Dipartiment tal-Malti fuq idea ta’ Tiziana Bugeja.
-
Il-Klassi
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-klassi, imħejjija minn Tiziana Bugeja.
-
Ix-Xorb
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut max-Xorb, imħejjija minn Helen Barbara.
-
Gastronomija
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut ma’ Ħelu Tradizzjonali Malti, imħejjija minn Helen Barbara.
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Frott, imħejjija minn Helen Barbara.
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Ħaxix, imħejjija minn Helen Barbara.
Verbi marbuta mal-Ikel – Josette Baldacchino
Ejja Nsajru Flimkien – Preżentazzjoni interattiva għat-tagħlim tal-Imperattiv. (Louise Grech Abela)
- Ikel Tradizzjonali Malti ta’ John Paul Muscat
Kartun dwar l-ikel tradizzjonali Malti. Ara dan il-kartun bil-brawżer Internet Explorer jew Microsoft Edge.
- Ħelu Tradizzjonali Malti ta’ John Paul Muscat
Kartun dwar il-ħelu tradizzjonali Malti u l-okkażjonijiet u l-festi meta jittiekel. Ara dan il-kartun bil-brawżer Internet Explorer jew Microsoft Edge.
- Logħba tal-memorja – Ħelu Tradizzjonali Malti ta’ John Paul Muscat
Ilgħab din il-logħba bil-brawżer Internet Explorer jew Microsoft Edge.
-
Ħut u Ħlejjaq tal-Baħar
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Ħut u Ħlejjaq tal-Baħar, imħejjija minn Helen Barbara.
-
L-Annimali
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Annimali tar-Razzett, imħejjija minn Helen Barbara.
-
Il-Kelb tal-Familja Tiegħi (Josienne Farrugia)
Fehim mill-Qari u Kitba marbut mat-tema tal-Annimali għall-istudenti tat-8 Sena
Preżentazzjoni – Il-Kelb Tiegħi Ricky
Il-Kelb tiegħi Rick – Karti tat-Taħriġ
-
Id-Dar u l-Kmamar ta’ ġo fiha
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ verbi marbuta mad-Dar (Josette Baldacchino)
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Kamra tal-Banju, imħejjija minn Helen Barbara.
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Kċina mħejjija minn Helen Barbara.
Preżentazzjoni għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-Kamra tas-Sodda mħejjija minn Helen Barbara.
Riżorsa bil-Bord Interattiv (Starboard) għat-8 Sena (Rotta 1) fuq vokabolarju marbut mad-dar imħejjija minn Stephanie Dempsey.
Taħdit (K6): Nitħaddet fuq suġġetti li nkun tgħallimt dwarhom bħal il-kamra/dar tiegħi , bil-mod, bil-pawsi u bil-ġesti fejn il-vokabularju użat huwa
wieħed bażiku; frażijiet sempliċi u sentenzi qosra.
Deskrizzjoni tar-Riżorsa:
Fl-1 taħriġ (p.2) l-istudenti jridu jmexxu l-ismijiet tal-kmamar fil-kaxxi t-tajba.
Fit-2 taħriġ (p.3) l-istudenti jridu jimlew il-vojt fil-paragrafu permezz ta’ kliem mill-kaxxa ta’ fuq.
Fit-3 taħriġ (p.4) l-istudenti jridu jippruvaw jaqtgħu x’inhu l-verb u wara jmexxu l-istampi biex jikxfu l-verb moħbi taħt l-istampa.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Fehim mill-Qari u Kitba marbut mad-Dar f’forma ta’ storja għall-istudenti tas-7 Sena (Josienne Farrugia)
Preżentazzjoni – Mid-Djarju ta’ Marika
Karti tat-Taħriġ – Mid-Djarju ta’ Marika
Riżorsi għat-tagħlim tal-Malti lill-barranin minn Sharon Micallef Cann.
TEMA 1: JIEN
Preżentazzjoni dwar vokabolarju li wieħed juża biex jintroduċi lilu nnifsu.
Karti tat-taħriġ – (1) | (2) maħsuba biex l-istudenti jipprattikaw dak li tgħallmu permezz tal-preżentazzjoni.
TEMA 2: IL-FAMILJA TIEGĦI
Ġenerali
Komiks – (1) | (2) Taħriġ dwar vokabolarju u sentenzi dwar il-membri tal-familja mħejjija minn Sue Flask
Leħħiet – agħżel il-membru tal-familja li tixtieq minn hawn taħt:
jien | ħu | oħt | missier | omm | |
kuġin | kuġina | ziju | zija | nanna | nannu |
Preżentazzjoni (l-ewwel parti) – dwar informazzjoni personali.
Preżentazzjoni (it-tieni parti) – dwar il-maskil u l-femminil (dak u dik).
Preżentazzjoni (it-tielet parti) – reviżjoni taż-żewġ preżentazzjonijiet ta’ qabel.
Filmat qasir bl-użu tal-pronomi demostrattiv Dan, Din u Dawn, imħejjija minn Miriam Consiglio u Eva Mallia Consiglio.
Filmat b’konverżazzjoni bażika bejn żewġt itfal, imħejjija minn Miriam Consiglio u Eva Mallia Consiglio.
Poeżija (PPT / PDF) addattata biex titkanta u/tinżifen, qabel ir-rikreazzjoni jew qabel ma l-istudenti jmorru d-dar, miktuba minn Connie Sciberras.