Kitbiet
Jade Borg mill-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq b’diversi kitbiet oriġinali.
Jien Qattus – Kitbiet ta’ Kaylen Bugeja, Aisha Mifsud Borg u Nor Adden Galea mill-Iskola Primarja ta’ San Ġwann, Kulleġġ Santa Klara (Għalliema is-Sa Rebecca Falzon).
L-istudenti ħadmu t-taħriġ il-fehem minn Stilel ta’ Jien Qattus. Wara segwew preżentazzjoni fejn iddiskutew l-affarijiet importanti fil-ħajja ta’ qattus, kif iqatta’ l-ġranet tiegħu u x’differenzi hemm bejn qattus li jgħix fid-dar u dak li jgħix barra fit-triq. Hawnhekk tista taqsam t-tfal fi gruppi sabiex iniżżlu nomi u aġġettivi relatati ma’ dan. F’lezzjoni oħra l-istudenti tħarrġu f’idjomi u espressjonijiet sbieħ li jistgħu jintużaw fil-kitbiet u raw kif jistgħu jinkluduhom fil-kitba tagħhom. Fl-aħħar nett it-tfal kollha ħadmu b’mod individwali fuq il-mistoqsijiet li bnejna flimkien fuq il-bord waqt li kienu mgħejjuna b’mod kontinwu mill-għalliema tagħhom speċjalment fejn kellhom xi diffikultà.
Immaġina li kieku kont dubbiena – Valentina Schembri, Kulleġġ San Benedittu.
Żewġ kitbiet ta’ Luke Muscat
Luke Muscat hu student tat-tielet sena fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa, fil-Kulleġġ Marija Reġina.
Aqrahom minn hawnhekk: Immaġina li inti… Ballun aħmar | Jien iljunfant!
Ġummienu l-Fenek – Poeżija ta’ Eva Cosette Scerri, studenta tat-tielet sena fl-Iskola Ewropea II, il-Lussemburgu.
Jiena ballun – kitba ta’ Naomi Micallef, studenta mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, Kulleġġ Marija Reġina.
______________________________________
Għandek xi kitba jew poeżija miktuba mit-tfal li tixtieqna nippubblikawha fis-sit tagħna?
Nieħdu gost intellgħuha. Ibgħathielna, flimkien mad-dettalji tat-tifel/tifla, l-iskola u l-klassi.