Il-Grammatika – 2 SEK

IL-WERREJ TAL-PAĠNA

  • L-Għadd tan-Nom – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Karl Debono, Maria Bonanno u Ann-Marie Camilleri)
    Taħriġ fuq l-Excel (Alan Saliba).
    Lezzjoni b’Taħriġ Interattiv (Ryan Galea u Marie Claire Zammit)
  • Il-Kollettiv Karti tat-Taħriġ (Jessica Mizzi)
  • Il-Ġens tan-Nom – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Lorraine Aquilina, Gianella Attard, Kristy Borg u Maria Cortis).
  • L-Istat Kostrutt – Riżorsi għall-Bord Interattiv u Karti tat-Taħriġ (Maria Bonanno, Paul Gatt, Keith Caruana, Justin Borg, Lara Grech, Whitney Cremona).
  • Il-Pronom Mehmuż Diretti u Indiretti – Riżorsa għall-Bord Interattiv 1 (Daniela Baldacchino, Darrel Pace u Nicole Sammut,)
    Riżorsa 2 għall-Bord Interattiv (Matthew Borg)
    Filmat bi spjegazzjoni dwar il-Pronomi Diretti u Indiretti (Doreen Coleiro)
  • L-Aġġettiv – Taħriġ għall-Bord Interattiv (Rachel Sladden)
  • Il-Gradi tal-Aġġettiv – Filmat (Dorianne Bartolo, Daniel Bezzina, Dorianne Bonello, Francesco Bonello, u Luana Darmanin)
  • Il-Gradi tal-Aġġettiv – Taħriġ għall-Bord Interattiv: Qabbel u ddeskrivi 3 plejers tal-futbol famużi. (Rachel Attard)


 

IL-GRAMMATIKA

  • L-Appostrofu u l-Aċċent

R1 Naf li l-appostrofu jintuża flaħħar ta’ xi verbi minflok l-għ li ma tinkitibx fl-aħħar. Eż. sema’, laqa’, faqa’, tela’.

R2 Naf li l-appostrofu jista’ jintuża biex juri li hemm vokali nieqsa bħalma jiġri fittqassir ta’ xi prepożizzjonijiet quddiem xi kliem, fosthom dawk li jibdew b’vokali, għ jew h. Eż. ta’ ommi/t’ommi; f’għalqa; x’karozza dik.

R3 Naf nuri d-differenza grafika kemm bil-kelma miktuba kif ukoll stampata bejn is-sinjal talappostrofu u dak tal-aċċent, hekk li meta nikteb jew nittajpja nuża tajjeb dawn is-sinjali. 

Filmat dwar l-Appostrofu u l-Aċċent fil-Malti

Karti tat-Taħriġ marbuta mal-filmat: L-Appostrofu u l-Aċċent

Risposti tal-eżerċizzji fil-Karti tat-Taħriġ: L-Appostrofu u l-Aċċent 


 

  • L-Avverbji

L-Avverbji taż-żmien, tal-post u tal-manjiera

R3 – Naf nuża tajjeb fil-kitba tas-sentenzi l-avverbji li juru żmien, post, u manjiera bħal għada, ġewwa u bil-mod.

Riżorsa Interattiva Online – Imla l-vojt (Elysia Ciantar).

Karta tat-Taħriġ


L-Avverbji taż-Żmien, tal-Post u tal-Manjiera

R3 – Naf nuża tajjeb fil-kitba tas-sentenzi l-avverbji li juru żmien, post u manjiera bħal għada, ġewwa u bil-mod.

Taħriġ Interattiv bit-tema tal-Għerien fuq l-Avverbju (Diane Cutajar)



 


L-Avverbju – Kwiżż Online (Google Form) 

Kwiżż (Google Form) fuq L-Avverbji, imħejjija minn Peter Caruana .
L-għalliema jistgħu jużaw din il-ħolqa biex jemendaw din ir-riżorsa skont il-ħtieġa tal-istudenti tagħhom.
Min irid jaħdem dan it-taħriġ jista’ jikklikkja hawn: L-Avverbji (Google Form).

 


 

  • L-Għadd tan-Nom

R1 Naf nagħmel il-plural tan-nomi kemm dawk li jinqdew fil-forom tal-plural sħiħ kif ukoll dawk li jagħmlu l-plural miksur, bħal siġġu – siġġijiet; dar – djar, wejter – wejters; flett -flettijiet, karta – karti. 

Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar l-Għadd tan-Nom imħejjija minn Karl Debono, Maria Bonanno u Ann-Marie Camilleri.

Għan tal-Attività: L-istudenti jiddistingwu bejn il-plural sħiħ u dak miksur.

Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jridu jmexxu n-nomi lejn l-envelop li jikkorrispondi mal-plural tagħhom. Jekk l-għażla tkun tajba n-nom jidħol fl-envelop filwaqt li jekk tkun żbaljata l-kelma tibqa’ tidher.

Plural Shih u Miksur

It-taħriġ dwar l-Għadd tan-Nom (Alan Saliba, Kap tad-Dipartiment tal-Malti)

Jista’ jitħaddem bil-Microsoft Excel. Kif tiftaħ il-fajls t’hawn taħt ara li fuq l-iskrin tal-kompjuter, ħdejn l-arloġġ, ikollok jidher “ML”. It-tweġibiet fit-taħriġ iridu jiddaħħlu bit-tipi (ittri) tal-Malti fl-ewwel kolonna vojta. Fit-tieni kolonna (taħt il-vleġġa l-ħamra) ikollok indikat jekk it-tweġiba tkunx tajba jew ħażina. Sadanittant, meta jkun qed jinħadem it-taħriġ tibda tinħadem awtomatikament il-marka totali (minn 50 jew 100) u din tidher fil-kaxxa t’isfel.

Numri(a) Numri(b) Numri(ċ) Numri(d) Numri(e) Numri(4, 7, 9)
Għadd Imtenni Plural Miksur(a) Plural Miksur(b) Plural Sħiħ Il-Perfett(Jien u Aħna) Il-Perfett(Int u Intom)

 

R1 Naf nagħmel il-plural tan-nomi kemm dawk li jinqdew fil-forom tal-plural sħiħ kif ukoll dawk li jagħmlu l-plural miksur, bħal siġġu – siġġijiet; dar – djar, wejter – wejters; flett – flettijiet, karta – karti.

Lezzjoni b’Taħriġ Interattiv fuq l-Għadd tan-Nom (Ryan Galea u Marie Claire Zammit)

Lezzjoni intenzjonata biex tirrevedi s-singular, il-plural sħiħ u miksur u l-kollettiv bl-użu ta’ ismijiet ta’ djar Maltin.

Noti tal-Lezzjoni



 

  • Il-Kollettiv

Naf meta u kif għandi nuża nnomi fil-kollettiv (nomi tat-tip) u l-farrad waħdieni (nom talunità) bħal It-tuffieħ kien kollu fil-qoffa (tuffieħ huwa nom filkollettiv singular) u minnu t-tifel ħa tuffieħa sabiħa. (tuffieħa hija nom fil-farrad waħdieni).

Silta għat-Tinqija ta’ kliem fil-Kollettiv (DOC / PDF) (Jessica Mizzi)

Nota u Taħriġ dwar il-Kollettiv (DOC / PDF) (Jessica Mizzi)

Ir-Risposti tat-Taħriġ

 

 

  • Il-Ġens tan-Nom

Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar il-ġens (maskil u femminil) imħejjija minn Lorraine Aquilina, Gianella Attard, Kristy Borg u Maria Cortis.

Deskrizzjoni tal-Attività: Fl-ewwel paġna l-istudenti jridu jmexxu l-kliem minn ġol-kaxxa lejn il-kolonni tal-maskil u tal-femminil.

Fit-tieni paġna l-istudenti jridu jimlew il-vojt b’nomi fil-femminil jew il-maskil skont is-sentenza.

Il-Gens-It-Tieni Sena 1 Il-Gens-It-Tieni Sena


 
  •  In-Nomi Verbali mir-Rumanz

Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar in-nomi verbali mir-Rumanz (is-suffissi).

Għan tal-Attività: L-istudenti jirrealizzaw li n-nom verbali mir-Rumanz jissawwar biż-żieda tas-suffissi (ar, enza, ment, azzjoni).

Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jmexxu numru ta’ suffiss lejn l-ewwel parti tal-kelma li tikkorrispondi magħhom biex jiffurmaw nomi verbali.

Nomi verbali_Dorianne_Bonello_Bartolo

 

  • Il-Possessiv – L-istat Kostrutt

Riżorsa għall-Bord Interattiv dwar l-Istat Kostrutt minn Maria Bonanno.

L-Għan tal-Attività: L-istudenti jkomplu jifhmu s-sura u t-tifsira tal-istat kostrutt u l-użu prattiku tiegħu.

Deskrizzjoni tal-Attività: Fl-1 paġna l-istudenti jintalbu jħassru l-istampa ta’ Wied iż-Żurrieq. Taħtha l-istudenti jsibu mappa fejn iridu jimmarkaw t-triq li twassalhom sa Wied iż-Żurrieq. Waqt li jkunu mexjin lejn id-destinazzjoni jridu jimmarkaw it-triq bil-pinna waqt li jgħidu l-forma sħiħa tal-possessiv. Eżempju Triq is-Soru tfisser It-Triq tas-Soru. Malli jaslu fid-destinazzjoni jikklikkjaw fuq l-istampa u jsegwu filmat dwar dan il-post pittoresk.

F’paġna 2 l-istudenti jridu jqabblu l-ewwel mat-tieni kolonna biex jiffurmaw l-istat kostrutt.

 


Karti tat-Taħriġ fuq l-Istat Kostrutt u t-T Marbuta (Paul Gatt)
Ikklikkja fuq l-istampi biex tinżżilhom.

L-istat kostrutt HOTest Stat kostrutt


Lezzjoni bl-għan li l-istudenti jitgħallmu dwar l-Istat Kostrutt. (Keith Caruana u Justin Borg)

In-Noti tal-Lezzjoni

Preżentazzjoni 

Eżerċizzju Interattiv 1 – Aqleb fl-Istat Kostrutt

Eżerċizzju Interattiv 2 – Ikteb il-frażi sħiħa li minnha ssawwar l-Istat Kostrutt

 


Lezzjoni bl-għan li l-istudenti jitgħallmu u jirrevedu l-Istat Kostrutt bl-użu ta’ ismijiet ta’ Djar Maltin (Lara Grech u Whitney Cremona)

Noti tal-Lezzjoni 


  • Il-Verb Sħiħ u Dgħajjef

Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija minn Giannella Attard.

L-għan tal-attività: L-istudenti  jitgħallmu u/jew jipprattikaw id-differenza bejn il-verbi sħaħ, sħaħ torox u dgħajfin.

Deskrizzjoni tal-attività: Fl-1 paġna l-istudenti jridu jagħtu l-mamma jew l-erq ta’ kliem li huma miktuba fuq serp ikkulurit.

Fit-2 paġna l-istudenti jimlew tabella b’dan il-kliem flimkien mal-għerq u t-tip tal-verb.

Il-verb shih u dghajjef P1 Il-verb shih u dghajjef P2

 

Karta tat-Taħriġ li tkompli tirrijinforza t-tagħlim li sar permezz tal-attività ta’ qabel dwar il-verb sħiħ u dgħajjef, imħejjija minn Giannella Attard.

Il-verb shih u dghajjef HO

 


 
Aktar dwar il-Verb Sħiħ u DgħajjefPreżentazzjoni b’taħriġ Interattiv (Lee Pisani)


  • Il-Verbi Dgħajfin (Xebbiehi, Moħfi u Nieqes)

Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) Maria Grech

MG p1 MG p2


 


Iz-Zokk Morfemiku

Kisba: Naf li hemm kliem ġej mit-Taljan jew mill-Ingliż li l-parti ewlenija tiegħu (iz-zokk morfemiku) hija magħmula minn għadd ta’ konsonanti u vokali li ma jinbidlux u li dawn ikunu dejjem preżenti fi kliem ieħor imnissel bħal eduka, jeduka, edukazzjoni, maledukat, edukatur u l-bqija.

  • It-Tnissil ta’ kliem miz-Zokk Morfemiku (Gareth Curmi)

Taħriġ għall-Bord Interattiv StarBoard

Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jsiru konxji li familji ta’ kliem mir-Rumanz u mill-Ingliż għandhom zokk morfemiku. Jitgħallmu jnisslu kliem ieħor mill-istess zokk morfemiku. 

Deskrizzjoni tal-Attività: F’kull paġna l-istudenti jnisslu tliet kelmiet miz-zokk morfemiku mogħti fuq ix-xellug tal-paġna. Segwi l-eżempju mogħti. 


 

 


 
  • Il-Pronomi Dimostrattivi

Il-Pronomi Dimostrattivi Nota u Taħriġ fuq il-Pronomi Dimostrattivi għall-Bord Interattiv (ActivInspire) Sarah Scicluna


 
  • Il-Pronomi Interrogattivi

Attività għall-Bord Interattiv (ActivInspire) Jake Debattista

Għan tal-Attività: L-istudenti jsaħħu l-għarfien tagħhom dwar il-pronomi interrogattivi.

Deskrizzjoni  tal-Attività: L-attività tibda b’nota li tispjega l-użu tal-pronomi interrogattivi. Isegwi taħriġ fejn l-istudenti jridu jagħżlu l-pronom it-tajjeb skont il-kuntest.

JD p1 JD p2 JD p3
JD p4 JD p5 JD p6

 


 

 
  • Il-Pronomi Mehmużin mal-Partiċelli

Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija minn Dorianne Bonello.

Għan tal-Attività: L-istudenti jsaħħu l-għarfien tagħhom dwar il-pronomi mehmużin mal-partiċelli.

Deskrizzjoni  tal-Attività: L-istudenti jingħataw tliet għażliet u jridu jikklikkjaw fuq it-tajba. Jingħataw rispons skont jekk ir-risposta hix tajba jew ħażina.

Pronomi Mehmuza_Particelli_Dorianne_Bonello


 
  • Il-Pronomi Diretti u Indiretti

Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) – Daniela Baldacchino, Darrel Pace u Nicole Sammut

Għan tal-Attività: L-istudenti jagħrfu l-pronomi mehmużin mal-verbi u jisiltu l-pronomi mehmużin mal-verbi diretti u indiretti.

Deskrizzjoni tal-Attività: L-ewwel attività hija tisliba bħala reviżjoni tax-xogħol dwar il-pronomi mehmużin li jkun sar fil-lezzjonijiet ta’ qabel. F’paġna 2 l-istudenti jagħżlu r-risposta t-tajba. Paġni 3 u 4 huna spjegazzjoni u nota dwar kif jissawwar il-pronom mehmuż u d-differenza bejn dak dirett u dak indirett. Il-paġni li jsegwu huma kollha eżerċizzji ta’ tisħiħ dwar il-pronomi mehmużin diretti  u indiretti.

pronomi-starboard-p-1 pronomi-starboard-p-2 pronomi-starboard-p-3 pronomi-starboard-p-4
pronomi-starboard-p-5 pronomi-starboard-p-6 pronomi-starboard-p-7 pronomi-starboard-p-8

Attività għall-Bord Interattiv (Starboard) – Matthew Borg

Għan tal-Attività: L-istudenti jipprattikaw l-użu tal-pronomi diretti u indiretti u jużawhom biex isawru kelma waħda minflok frażi.

Deskrizzjoni tal-Attività: Fl-ewwel paġna l-istudenti jridu jidentifikaw dak il-kliem li għandu meħmuż miegħu l-pronom. Fit-tieni paġna l-istudenti jaqsmu kull sentenza fi tliet kategoriji verb, oġġett dirett u oġġett indirett. Fl-aħħar paġna l-istudenti huma ppreżentati bi frażijiet li jridu jbiddlu f’kelma wħda permezz tal-pronom meħmuż dirett u indirett.

mb-p1 mb-p2 mb-p3


 

Filmat bi spjegazzjoni dwar il-Pronomi Mehmużin Diretti u Indiretti minn Doreen Coleiro, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. 


 

  • L-Aġġettiv

Taħriġ għall-Bord Interattiv (Starboard) Rachel Sladden

Għan tal-Attività: L-istudenti jużaw l-aġġettiv li jaqbel man-nom waqt li jipprattikaw il-komparattiv u s-superlattiv.

Deskrizzjoni tal-Attività: Fl-ewwel paġna jagħżlu l-aġġettiv li jaqbel mal-ġens u l-għadd tan-nom. Fit-tieni paġna l-istudenti jridu jqassmu f’kolonni differenti skont jekk l-aġġettiv hux fil-komparattiv jew jekk hux fis-superlattiv. Fit-tielet paġna l-istudenti jridu jiktbu s-superlattiv tal-aġġettiv li joqgħod fis-sentenza u wara jħassru t-tabella sewda biex jaraw jekk ir-risposta tagħhom hijiex tajba

Sladden 1 Sladden 2 Sladden 3


 
  • Il-Gradi tal-Aġġettiv – Filmat

Il-Komparattiv u s-Superlattiv (bis-sottotitli bil-Franċiż u bil-Malti). Dan il-filmat inħadem minn Dorianne Bartolo, Daniel Bezzina, Dorianne Bonello, Francesco Bonello, u Luana Darmanin.

 

 


  • Il-Pożittiv u l-Komparattiv

Taħriġ għall-Bord Interattiv: Poġġi l-kliem fil-post it-tajjeb. (Maria Bonanno)

Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jirrevedu d-differenza li hemm bejn il-pożittiv u l-komparattiv. 

Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jridu jċaqalqu r-risposti li jinsabu fuq il-lemin tal-paġna lejn is-sentenza li taqbel magħha. 

Karta tat-Taħriġ li taqbel ma’ din ir-riżorsa (Maria Victoria Bonello)

 

 


 

  • Il-Gradi tal-Aġġettiv

Imla l-vojtTaħriġ Interattiv Online (Shanalise Bugeja)

 


  • Il-Gradi tal-Aġġettiv

Riżorsa Interattiva bil-Bord Interattiv (ActivInspire) fuq il-Gradi tal-Aġġettiv (Rachel Attard).

 

 

  • Il-Komparattiv u s-Superlattiv – Bord Interattiv – (OpenBoard)

Noti u taħriġ permezz tal-Bord Interattiv   (Shanalise Bugeja

 

  • Il-Gradi tal-Aġġettiv – Kartun u Stampi

Libsa Ġdida (Theresa Abdilla u Saoirse Casha)

Biex tara d-djalogu fil-browser: Niżżel il-fowlder, iftħu u kklikkja fuq Theresa A Saoirse C.html (Ħalli dan il-fajl mal-fowlder Data)

Biex temenda l-komik niżżel u installa l-Cartoon Story Maker.

Karti tat-Taħriġ
Taħriġ fuq il-gradi tal-aġġettiv permezz ta’ stampi. PDF | DOC

Il-Gradi tal-Aggettiv


 
  • Il-Partijiet tal-Ġisem u l-Għadd Imtenni

Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) imħejjija minn Paul Gatt.

L-għan tal-attività: L-istudenti  jitgħallmu u/jew jipprattikaw vokabularju marbut mal-partijiet tal-ġisem. Jitgħallmu wkoll l-għadd imtenni ta’ dan il-kliem.

Deskrizzjoni tal-attività: Fl-1 paġna l-istudenti jmexxu l-kliem (fil-Farrad Waħdieni) ta’ ġol-bagalja għal mal-parti tal-ġisem t-tajba.

Fit-2 paġna l-istudenti jqabblu l-kliem fl-Għadd Imtenni mal-kliem fil-Farrad.

Fit-3 paġna, l-istudenti jisiltu l-kliem fl-Għadd Imtenni u jqabbluh mal-parti tal-ġisem indikata minn dak il-kliem mingħajr l-għajnuna tal-Farrad waħdieni. (Din il-parti tal-attività hija intenzjonata għall-studenti ta’ livell akkademiku ogħla.)