Il-Werrej tal-Paġna
- Il-Partiċelli – Preżentazzjoni
- It-Tempijiet Komposti – Riżorsa għall-Bord Interattiv (Flipchart/ActiveInspire)
- L-Element Semitiku: Il-Verbi, in-Nomi u l-Aġġettivi – Nota
- Iz-Zokk Morfemiku – Karti tat-Taħriġ
- Iz-Zokk Morfemiku u l-Affissi – Tisliba Interattiva u Karti tat-Taħriġ
IL-GRAMMATIKA
Il-Partiċelli
Preżentazzjoni dwar il-Partiċelli (Ann Marie Camilleri)
L-Avverbju
Riżorsa għall-Bord Interattiv (Starboard) fuq l-Avverbju (Gail Axiak).
L-għan tar-Riżorsa: L-istudenti jitħarrġu dwar l-avverbju f’kuntest u dwar it-tipi ta Avverbiji li jeżistu.
Deskrizzjoni: Fl-ewwel taħriġ l-istudenti jridu jmexxu l-avverbji lejn is-sentenzi li jaqblu magħhom. Fit-tieni taħriġ l-istudenti jridu jimmarkaw l-avverbji skont it-tip tagħhom billi jmexxu t-titlu tat-tip lejn il-grupp tal-avverbji rispettivi.
![]() |
![]() |
Riżorsa għall-Bord Interattiv – OpenBoard (Bernice Magro)
L-għan tar-Riżorsa: l-istudenti ser jirrevedu x’inhi l-funzjoni tal-avverbju. Ser jirrevedu wkoll t-tipi differenti ta’ avverbji u jipprattikaw l-użu tagħhom fis-sentenzi.
Deskrizzjoni: Fl-ewwel taħriġ l-istudenti jridu jmexxu l-ittri biex jiffurmaw il-kelma L-Avverbju,
Fit-Tieni taħriġ l-istudenti jridu jsibu mill-fittiexa l-Avverbji moħbija (mis-sit EducaPlay).
Fit-Tielet taħriġ l-istudenti jridu jressqu t-titli tal-Avverbji fuq il-kategorija t-tajba.
Fir-Raba’ taħriġ l-istudenti jridu jqassmu l-kliem skont t-tifsira tal-Avverbju u jpoġġuhom fil-filliera t-tajba.
Fil-Ħames taħriġ l-istudenti jridu jagħżlu l-istampa li l-aktar taqbel mat-tifisra tal-Avverbju u jispjegaw ir-raġuni għad-deċiżjoni tagħhom.
Fl-aħħar l-istudenti jridu jsawru sentenza b’kull waħda mit-tifsiriet tal-Avverbji (taż-Żmien, tal-Post, tal-Manjiera, tal-Kwantità, tan-Negazzjoni, tat-Twettiq, tad-Dubju u tal-Mistoqsija.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
It-Tempijiet Komposti
Riżorsa għall-Bord Interattiv (Promethean/ActiveInspire) fuq It-Tempijiet Komposti minn Maria Micallef
L-għan tar-Riżorsa: L-istudenti jirrevedu t-tempijiet: Perfett, Imperfett u Futur u wara jitgħallmu kif jissawru t-tempijiet komposti fil-Malti (eż. se jkun ħiereġ, kien ħiereġ, ikun ħiereġ).
Deskrizzjoni: Din ir-riżorsa hija magħmula minn 5 paġni. Kull paġna tinkludi taħriġ biex l-istudenti jipprattikaw dak li jkunu tgħallmu. Fl-ewwel u l-ħames paġna wieħed isib taħriġ interattiv fejn l-istudenti jridu jqabblu t-temp mas-sentenza. F’każ li r-risposta tkun żbaljata r-risposta tmur lura fil-post oriġinali tagħha.
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
L-Element Semitiku fil-Malti – Il-Verbi, in-Nomi u l-Aġġettivi
(Chris Micallef, Sara Vella, Leontine Mallia)
Iz-Zokk Morfemiku
Karti tat-taħriġ dwar iz-zokk morfemiku minn Maria Micallef
Iz-Zokk Morfemiku u l-Affissi
Naf li xi verbi, flok is-sistema tal-għerq, jużaw iz-zokk morfemiku flimkien ma’ għadd ta’ prefissi u suffissi biex inisslu kliem u tifsiriet ġodda, bħal miz-zokk eduk innisslu nedukaw, edukajna, edukat, edukatur, edukattiv, maledukat, u l-bqija.
Tisliba Interattiva fuq iz-Zokk Morfemiku u l-Affissi fl-aspett Rumanz u Ingliż tal-Kitba bil-Malti (Abigail Deguara)
Karti tat-taħriġ bit-Tisliba u l-Ħjiel tat-Tweġibiet.