Kampjun ta’ Skema ta’ Xogħol u riżorsi għall-Ħames Sena tal-Primarja

Riżorsi marbuta mal-Kors t’Aġġornament għall-Ħames Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2025-2026

Matul il-Kors t’Aġġornament għall-Ħames Sena tal-Primarja, l-għalliema tar-Riżorsi tal-Malti tat taħdita dwar ir-riżorsi tal-Malti kif ukoll uriet kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tal-Festi u Tradizzjonijiet fil-Kalendarju Malti u r-riżorsi marbuta miegħu. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Mal-Melodija – Attività mużikali marbuta mal-poeżija Ħitan tas-Sejjieħ ta’ Marjanu Vella.

Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi flimkien maċ-Ċentru tal-Ilsien Maltise organizza attività li fiha l-poeżija Ħitan tas-Sejjieħ ta’ Marjanu Vella kienet animata u interpretata mir-rapper Malti Il-Lapes. Għal din is-sena skolastika, din l-attività saret fl-iskejjel sekondarji ta’ ħames kulleġġi differenti.

Dan il-proġett huwa wieħed minn għadd ta’ inizjattivi li t-Taqsima tal-Malti fid-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu ħadet f’dawn l-aħħar xhur. Din l-inizjattiva torbot ma’ inizjattivi oħra li għandhom l-għan li l-letteratura tingħaqad ma’ forom oħra ta’ arti u hekk tkun apprezzata aktar mill-istudenti.

Mixjet il-Malti – minn Caxaro sa Aquilina mill-20 ta’ April 2026 sal-24 ta’ April 2026 fil-Biblijoteka Nazzjonali

It-Taqsima tal-Malti tad Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar bi sħab mal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta ser torganizza attività interattiva ta’ riċerka għall-istudenti tad-disa’ sena tas-sekondarja bl-isem Mixjet il-Malti – Minn Caxaro sa Aquilina.

Din l-attività hija marbuta mas-sillabu tal-Malti għall-istudenti tad-disa’ sena. Barra minn hekk toffri opportunità lill-istudenti li jżuru l-Bibljoteka Nazzjonali u japprezzaw it-teżori stampati li hemm merfugħa fiha.

Preżentazzjoni Informattiva

Prezentazzjoni FaccataPreżentazzjoni dwar uħud mix-xogħlijiet u l-personaġġi ewlenin li ħadmu għall-iżvilupp tal-Malti tul is-sekli.

Materjal edukattiv li se jitqassam lill-Istudenti waqt iż-żjara. 

Ktejjeb tat-Taħriġ Ktejjeb bir-Risposti Ktejjeb bit-Tagħrif

Ħajr lil J. Buttigieg, P. Gatt, H. F. Gauci, C. Grima, I. Vella, Raisa Xuereb, tal-kontribut tagħhom fit-tħejjija tal-ktejjeb Mixjet il-Malti – Minn Caxaro sa Aquilina.

Karti tat-Taħriġ Karti bir-Risposti

Fil-paġna tat-Taħdit tad-Disa’ Sena wieħed jista’ jsib informazzjoni u taħriġ dwar personaġġi Maltin li taw kontribut siewi biex il-Malti jiżviluppa, ikun irrispettat u rikonoxxut bħala l-lingwa nazzjonali tagħna.