Niġbdu l-attenzjoni tal-għalliema li ħarġet sejħa għal għalliema biex jgħallmu l-Malti u l-Ingliż, fil-livell Primarju, fl-Iskejjel Ewropej tal-Lussemburgu u Brussell. Is-sejħa tagħlaq fit-2 ta’ Lulju 2013.
Tagħrif ieħor:
Niġbdu l-attenzjoni tal-għalliema li ħarġet sejħa għal għalliema biex jgħallmu l-Malti u l-Ingliż, fil-livell Primarju, fl-Iskejjel Ewropej tal-Lussemburgu u Brussell. Is-sejħa tagħlaq fit-2 ta’ Lulju 2013.
Tagħrif ieħor:
Il-Kapijiet tal-Iskejjel huma ġentilment mitluba jgħaddu din iċ-ċirkulari u dan il-kwestjonarju lill-għalliema tal-Malti li jgħallmu lill-istudenti tal-Ewwel Sena tas-Sekondarja li qed isegwu l-Programm tal-Kompetenzi Ewlenin (Livelli 4 u 5).
L-għalliema huma mħeġġa jimlew il-kwestjonarju u jibagħtuh lis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti bil-posta f’dan l-indirizz:
Iċ-Ċentru tal-Kurrikulu
Kamra 16
Triq Sarria
Il-Furjana FRN 1460
Jistgħu jibagħtuh ukoll bil-posta elettronika f’dan l-indirizz.
Il-kwestjonarji mimlija u xi suġġerimenti oħra għandhom jintbagħtu sal-Erbgħa, 3 ta’ Lulju 2013.
Bejn it-22 t’April u s-27 ta’ Mejju id-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti organizzaw kors volontarju ta’ aġġornament fl-ortografija tal-Malti għall-għalliema tal-primarja.
F’dawn is-sitt ġimgħat, kienu għaddejjin żewġ korsijiet fl-istess ħin – wieħed f’Malta fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq (il-Kulleġġ San Injazju) u l-ieħor f’Għawdex fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, ir-Rabat (il-Kulleġġ ta’ Għawdex).
B’kollox attendew 45 għalliem u għalliema tal-primarja. Dawn ingħataw ċertifikat fl-aħħar sessjoni tal-kors. Prosit lil dawn l-għalliema li attendew bi ħġarhom biex jirfinaw il-ħiliet tagħhom fl-ortografija.
Nirringrazzjaw lil Dr Francis Abela u lis-Sa Marija Montebello, il-Kapijiet li laqgħuna fl-iskejjel tagħhom, lis-Sur Alan Saliba, Kap tad-Dipartiment tal-Malti, u lis-Sa Anita Sciberras, Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex.
Grazzi wkoll lill-għalliema tal-kors Norman C. Borg, Karl Scicluna u Olvin Vella.

L-għalliema li attendew il-kors ta’ Malta

L-għalliema li attendew il-kors ta’ Għawdex
Tul is-sena skolastika li jmiss se nkomplu b’aktar korsijiet minn dawn.
Nifirħu lill-għalliema tal-Malti tal-iskejjel sekondarji tal-bniet u s-subien, Tal-Ħandaq (mill-Kulleġġ San Injazju) għall-attività li organizzaw għall-istudenti tagħhom b’rabta mal-karattru Zito Zandarell li jaqraw ir-rumanz tiegħu fl-ewwel sena tas-sekondarja.
L-istudenti kellhom l-opportunità li jaqraw xi kitbiet minn tagħhom dwar il-karattri tar-rumanz u li jiltaqgħu mal-awtur innifsu. Ittellgħet ukoll reċta qasira miktuba mit-tfal stess u nqrat poeżija.
Fi tmiem l-attività nqasam kejk maħdum mill-istudenti stess għall-okkażjoni u l-awtur iffirma l-kotba tal-istudenti. L-istudenti offrew diversi proġetti u xogħlijiet li għamlu huma stess lill-awtur.
Tagħrif ieħor issibu mis-sit tal-Iskola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq. Ara l-attività ‘Ċelebrazzjoni Zito Zandarell‘ tad-19 ta’ April 2013 għar-ritratti u xi riżorsi.
Ninfurmawkom li ħarġet sejħa għal għalliem/a tar-riżorsi teknoloġiċi tal-Malti. Aktar dettalji ssibuhom fiċ-Ċirkulari HR97/2013 mit-taqsima taċ-Ċirkularijiet tas-sit.
L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-3 ta’ Ġunju 2013.