Kampjuni u eżerċizzji ta’ kitbiet qosra bil-Malti għall-Primarja

Fuq talba ta’ għadd ta’ għalliema, inħadmu kampjuni, eżerċizzji u għajnuniet ta’ ġeneri differenti ta’ kitba qasira għar-Raba’ u l-Ħames Sena tal-Primarja. Dawn ittellgħu fis-sit tagħna.

Tar-Raba’ Sena ssibuhom hawnhekk, u tal-Ħames Sena qegħdin hawnhekk.

Il-ġeneri tal-kitba huma:

  • avviż
  • informazzjoni personali
  • kapxin
  • messaġġ
  • riklam
  • slowgan
  • intervista

Mal-eżerċizzji u l-kampjuni hemm ukoll tagħrifiet għall-għalliema f’għamla ta’ preżentazzjoni (ppt). Issibu wkoll żewġ pakketti ta’ eżerċizzji b’ġeneri ta’ kitbiet imħallta marbuta ma’ żewġ temi għal kull sena.

Inroddu ħajr lill-Uffiċjal Edukattiv tal-Primarja s-Sa Jane Farrugia Buhagiar tal-kontribut magħha f’dan il-qasam.

Ara ċ-ċirkulari minn hawn.