Kampjun ta’ Skema tax-Xogħol u Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja

Riżorsi marbuta mal-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2024-2025

Matul il-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja, l-għalliema tar-Riżorsi tal-Malti tat taħdita dwar ir-riżorsi tal-Malti kif ukoll uriet kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tal-ħrejjef u r-riżorsi marbuta miegħu. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Żewġ Riżorsi għall-Istudenti tat-Tmien Sena fuq ir-Rumanz Storiku

Żewġ riżorsi li jistgħu jintużaw bħala siltiet mhux imħejjija marbuta mar-rumanz storiku. Dawn is-siltiet huma meħuda mill-ktieb Mattew Callus ta’ Ġużè Muscat Azzopardi, b’addattament ta’ Charles Casha. 

Kisbiet milħuqa 
Q2: Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti u jinqdew b’reġistri differenti.

T6: Nitkellem fuq test letterarju billi niddiskuti t-ton/i użati mill-kittieb, il-lessiku u l-idjoma użati, u nispekula r-raġunijiet għalfejn naħseb li dawn intużaw u nagħti fehmti jekk l-effetti mixtieqa ntlaħqux jew le.

Mattew Callus: Silta 1 (p. 28 – 29) – DOCX / PDF

 

Mattew Callus: Silta 2 (p. 51 – 52) – DOCX / PDF

Dawn ir-riżorsi jinsabu fil-paġna tal-Proża tat-Tmien Sena.

 

Nitgħallmu Naqraw Flimkien – (Riżorsi fuq il-ħoss tal-ittri.)

Żewġ riżorsi għall-ewwel sena tal-primarja u għal studenti li għandhom diffikultà fil-qari bl-għan li l-istudenti jitgħallmu jaqraw l-ittri tal-alfabett u l-ħoss abbinat ma’ kull ittra. Jitgħallmu wkoll jgħaqqdu ittri biex jiffurmaw kliem sempliċi. Dan il-proġett sar mis-Sa Maria Spiteri fuq il-programm tal-qari bil-Malti ta’ Chris Bugeja.

Riżorsa 1:Riżorsa 2:Dawn ir-riżorsi jinsabu fil-paġna tal-Qari tal-Ewwel Sena tal-Primarja

Il-Kompetizzjoni tal-Malti għar-Raba’ Sena tal-Primarja

L-Ewwel Semifinali: Il-Kulleġġ t’Għawdex

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar 2023 fl-Iskola Primarja Tas-Sannat kienet organizzata l-ewwel minn tliet semifinali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għall-istudenti tar-raba’ sena tal-Primarja mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat tat-Tagħlim u l-Assessjar bil-għan li jħarreġ lill-istudenti fl-iżvilupp, it-tħaddim tal-lingwa u fl-ortografija.

L-iskejjel li pparteċipaw f’din is-semifinali kienu l-Iskola Primarja Karmni Grima tal-Għarb, l-Iskola Primarja Patri Mattew Sultana tax-Xagħra, l-Iskola Primarja Ġużè Aquilina Ta’ Sannat u l-Iskola Primarja Patri Pawl Grech ta’ Kerċem. Kategorija A intrebħet mill-Iskola Primarja tax-Xagħra, Kategorija B u Ċ intrebħu mill-Iskola Primarja Ta’ Sannat.

Il-logħob kien jikkonsisti minn spellija, ikteb kemm tista’ aġġettivi dwar stampa, nissel kliem minn għeruq u ħaġa moħġaġa.

Il-finali għar-rebbieħa tat-tliet semifinali se ssir f’Mejju fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.    

Dokumenti tal-Assessjar Kontinwu u l-Kriterji tiegħu għar-4, is-7 u t-8 Sena tal-Malti bħala Lingwa Barranija

Kull wieħed minn dawn id-dokumenti qed jieħu post żewġ dokumenti oħra li diġà kienu qed jintużaw mill-għalliema tal-Malti bħala Lingwa Barranija: Il-Kriterji tal-Assessjar Kontinwu u Assessjar tal-Malti għall-Barranin. Il-ġbir ta’ dawn id-dokumenti f’wieħed sar biex ikun hemm aċċess aħjar u aktar faċli għal dawn id-dokumenti.

Ir-4 Sena


Il-5 Sena

Is-7 Sena
It-8 Sena