Mixjet il-Malti – minn Caxaro sa Aquilina mill-20 ta’ April 2026 sal-24 ta’ April 2026 fil-Biblijoteka Nazzjonali

It-Taqsima tal-Malti tad Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar bi sħab mal-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta ser torganizza attività interattiva ta’ riċerka għall-istudenti tad-disa’ sena tas-sekondarja bl-isem Mixjet il-Malti – Minn Caxaro sa Aquilina.

Din l-attività hija marbuta mas-sillabu tal-Malti għall-istudenti tad-disa’ sena. Barra minn hekk toffri opportunità lill-istudenti li jżuru l-Bibljoteka Nazzjonali u japprezzaw it-teżori stampati li hemm merfugħa fiha.

Preżentazzjoni Informattiva

Prezentazzjoni FaccataPreżentazzjoni dwar uħud mix-xogħlijiet u l-personaġġi ewlenin li ħadmu għall-iżvilupp tal-Malti tul is-sekli.

Materjal edukattiv li se jitqassam lill-Istudenti waqt iż-żjara. 

Ktejjeb tat-Taħriġ Ktejjeb bir-Risposti Ktejjeb bit-Tagħrif

Ħajr lil J. Buttigieg, P. Gatt, H. F. Gauci, C. Grima, I. Vella, Raisa Xuereb, tal-kontribut tagħhom fit-tħejjija tal-ktejjeb Mixjet il-Malti – Minn Caxaro sa Aquilina.

Karti tat-Taħriġ Karti bir-Risposti

Fil-paġna tat-Taħdit tad-Disa’ Sena wieħed jista’ jsib informazzjoni u taħriġ dwar personaġġi Maltin li taw kontribut siewi biex il-Malti jiżviluppa, ikun irrispettat u rikonoxxut bħala l-lingwa nazzjonali tagħna.

Mixjet il-Malti: Minn Caxaro sa Aquilina

Attività fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt Valletta għall-istudenti tad-Disa’ Sena

Dokumenti marbuta ma’ din l-attività:

Mixjet il-Malti – minn Caxaro sa Aquilina

Prezentazzjoni FaccataPreżentazzjoni dwar uħud mix-xogħlijiet u l-personaġġi ewlenin li ħadmu għall-iżvilupp tal-Malti tul is-sekli.

Attività n. 1: Taħriġ dwar kitbiet ewlenin bil-Malti u kittieba li taw kontribut biex il-Malti jkun irrispettat daqs lingwi oħra.

Ktejjeb tat-Taħriġ Ktejjeb bir-Risposti

Attività n. 2: Taħriġ fuq xi avvenimenti u riklami kif dehru fil-gazzetti lokali.

Ktejjeb tat-Taħriġ Ktejjeb bir-Risposti

 

Misraħ San Ġorġ – Il-Belt Valletta

Taħriġ dwar il-bini, il-monumenti u l-lapidi li nsibu f’Misraħ San Ġorġ

Misraħ San Ġorġ Misrah San Gorg


 

Attività fil-Belt Valletta abbinata maż-żjara fil-Bibljoteka Nazzjonali (Vincent Galea)

 

Taħriġ interattiv (qabbel l-istampi mal-istrofi) dwar tmien personaġġi li ħadmu favur it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-Malti. It-taqbila f’dan l-eżerċizzju hija tas-Sur Joseph Buttigieg.

Kwizz_Bijografiji

Biex taħdem dan it-taħriġ offlineniżżel dan il-fajl, iftaħ il-fowlder u kklikkja fuq il-fajl Kwizz_Bijografiji.htm.

Rebbieħa tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena Primarja

It-Tnejn, 15 ta’ Mejju 2023 saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena tal-Primarja ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, bejn l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, ta’ Pembroke, ta’ San Ġorġ u ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, Ta’ Sannat u tax-Xagħra, Għawdex.  

Ir-rebbieħa:

  • Ta’ Kategorija A kienu l-Iskola tax-Xagħra, Għawdex.
  • Ta’ Kategorija B kienu l-Iskola Primarja Ta’ Sannat, Għawdex.
  • Ta’ Kategorija Ċ kienu l-Iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. 

Prosit lill-parteċipanti u awguri lir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni. 

Il-Kompetizzjoni tal-Malti għar-Raba’ Sena tal-Primarja

L-Ewwel Semifinali: Il-Kulleġġ t’Għawdex

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar 2023 fl-Iskola Primarja Tas-Sannat kienet organizzata l-ewwel minn tliet semifinali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għall-istudenti tar-raba’ sena tal-Primarja mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat tat-Tagħlim u l-Assessjar bil-għan li jħarreġ lill-istudenti fl-iżvilupp, it-tħaddim tal-lingwa u fl-ortografija.

L-iskejjel li pparteċipaw f’din is-semifinali kienu l-Iskola Primarja Karmni Grima tal-Għarb, l-Iskola Primarja Patri Mattew Sultana tax-Xagħra, l-Iskola Primarja Ġużè Aquilina Ta’ Sannat u l-Iskola Primarja Patri Pawl Grech ta’ Kerċem. Kategorija A intrebħet mill-Iskola Primarja tax-Xagħra, Kategorija B u Ċ intrebħu mill-Iskola Primarja Ta’ Sannat.

Il-logħob kien jikkonsisti minn spellija, ikteb kemm tista’ aġġettivi dwar stampa, nissel kliem minn għeruq u ħaġa moħġaġa.

Il-finali għar-rebbieħa tat-tliet semifinali se ssir f’Mejju fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.