Riżorsi Ġodda għas-7 u t-8 Sena

Numru ta’ riżorsi ġodda li nħolqu minn studenti fil-kors tal-MTL, Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni (Università ta’ Malta).

Bjuda ta’ Dun Karm

Preżentazzjoni b’analiżi tal-Metrika u l-Ħsieb minn Sumeia El Raes 

Taħriġ interattiv fuq it-Teknika tal-poeżija Bjuda minn Sumeia El Raes 

Taħriġ Interattiv fuq il-Figuri tat-Taħdit minn Sumeia El Raes 

 

 

Minn jew Min?

R2 – Il-kitba ta’ min/minn – Naf meta u kif għandi nikteb minn u min bħal Min ġie? Minn Malta.

Meta nuża Minn jew Min – Taħriġ Interattiv (Sumeia El Raes).

 

It-Tmien Sena – Grammatika

 

R1 Naf nagħmel il-plural tan-nomi kemm dawk li jinqdew fil-forom tal-plural sħiħ kif ukoll dawk li jagħmlu l-plural miksur, bħal siġġu – siġġijiet; dar – djar, wejter – wejters; flett -flettijiet, karta – karti. 

Taħriġ Interattiv fuq il-Plural Sħiħ u l-Plural Miksur minn Sumeia El Raes.

 

Is-Seba’ Sena – Il-Qari 

R3 K3: Nagħżel x’kitbiet naqra skont il-gosti tiegħi u l-informazzjoni li neħtieġ billi naqra t-titlu, is-sottotitli, il-werrej, il-kapitli, in-numri tal-paġni, it-taqsimiet, ix-xbihat jew l-istampi, il-kapxins, il-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara, l-indiċi, il-kelmtejn tal-bidu, il-messaġġ fuq il-qoxra u l-biblijografija; kull meta mmur infittex xi kotba fil-librerija jew infittex informazzjoni f’enċiklopedija jew nfittex informazzjoni f’siti elettroniċi, u l-bqija.

Infittex informazzjoni importanti dwar ktieb li se naqra jew li qrajt (Tisliba). (Rachel Paris)

 

Karatteristiċi ta’ Ktieb – Karta tat-Taħriġ (Rachel Paris)

 

Iddisinja faċċata ta’ ktieb – Karta tat-Taħriġ (Rachel Paris)

 

Kampjun ta’ Skema tax-Xogħol u Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja

Riżorsi marbuta mal-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2024-2025

Matul il-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja, l-għalliema tar-Riżorsi tal-Malti tat taħdita dwar ir-riżorsi tal-Malti kif ukoll uriet kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tal-ħrejjef u r-riżorsi marbuta miegħu. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Nitgħallmu Naqraw Flimkien – (Riżorsi fuq il-ħoss tal-ittri.)

Żewġ riżorsi għall-ewwel sena tal-primarja u għal studenti li għandhom diffikultà fil-qari bl-għan li l-istudenti jitgħallmu jaqraw l-ittri tal-alfabett u l-ħoss abbinat ma’ kull ittra. Jitgħallmu wkoll jgħaqqdu ittri biex jiffurmaw kliem sempliċi. Dan il-proġett sar mis-Sa Maria Spiteri fuq il-programm tal-qari bil-Malti ta’ Chris Bugeja.

Riżorsa 1:Riżorsa 2:Dawn ir-riżorsi jinsabu fil-paġna tal-Qari tal-Ewwel Sena tal-Primarja

Erba’ riżorsi ġodda marbuta ma’ testi letterarji taċ-ĊES 2025

Fuq is-sit malti.skola.edu.mt wieħed jista’ jsib erba’ riżorsi ġodda marbuta ma’ erba testi letterarji taċ-ĊES 2025.

Għall-Għaxar Sena 

Ħbiebi ta’ Karmenu Vassallo

 Is-smigħ tal-poeżija Ħbiebi

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.
KA13.3d: Nikkummenta b’mod kritiku bil-kitba b’rabta ma’ test letterarju billi nevalwa evidenza minnu.

Preżentazzjoni Analitika u Interattiva 

 

 

Għar Dalam ta’ Ġorġ Pisani 

Is-smigħ tal-poeżija Għar Dalam

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.
K12.3ċ: Nevalwa kif il-vokabolarju b’rabta ma’ tema misjuba f’test letterarju jista’ jirrifletti epoka/i partikolari.

Preżentazzjoni bl-interpretazzjoni u l-analiżi ta’ Għar Dalam

 

Għall-Ħdax-il Sena

F’Altamira Żewġ Barrin ta’ Victor Fenech

 Is-smigħ tal-poeżija F’Altamira Żewġ Barrin

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.
KA13.3ċ: Nevalwa l-effett tal-kwalitajiet ta’ test letterarju b’lingwa teknika preċiża.

Preżentazzjoni Interattiva u Analitika

Ħuta ta’ Maria Grech Ganado

 Is-smigħ tal-poeżija Ħuta

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.
KA12.3b: Nispjega kif tema/i u sottotema/i jiżviluppaw u jinteraġixxu flimkien biex joħolqu effett wieħed u kumpless fil-qarrejja.

Preżentazzjoni Interattiva u Analitika

 

Biex tara r-riżorsi kollha marbuta mal-eżami taċ-ĊES 2025 żur il-paġna tar-riżorsi tal-eżami taċ-ĊES 2025

Riżorsi tal-Medja u tas-Sekondarja mtellgħin matul din is-sena skolastika (2023 – 2024)

Il-Metalingwa:
Il-Verb Sħiħ u l-Verb Dgħajjef (Lee Pisani) (Id-9 Sena)
Ktieb ta’ Taħriġ fuq in-Nomi (Għad-9 u l-10 Sena): Rotta 1 , Rotta 2, Rotta 3 – (Shana Tabone)

Poeżiji:
Għar Dalam ta’ Ġorġ Pisani (L-10 Sena)
Ħitan tas-Sejjieħ ta’ Marjanu Vella (Id-9 Sena)
Mill-Ġdid Poeta ta’ Rużar Briffa (Id-9 Sena)
Lilia Agri ta’ Anton Buttigieg (Id-9 Sena)

Novelli:
Il-Ħrafa ta’ www.kullkulur.com – Trevor Żahra (Id-9 Sena)
Farrett ta’ Rita Saliba (L-10 Sena)
Il-Mutu – Walid Nabhan (Il-11-il Sena)

Silta minn Rumanz:
Ulied in-Nanna Venut Fl-Amerka (Dr Adrian Grima) (Il-11-il Sena)

Il-Kitba
Il-Proċess tal-Kitba – Preżentazzjoni dwar il-Proċess tal-Kitba ta’ Bijografija u Ktejjeb ta’ Taħriġ (Ina Cutajar) (L-10 Sena)

ll-Qari
In-Naħla Maltija (Id-9 Sena)
Titħajru Tiktbu għat-Teatru (Id-9 Sena)

Riżorsi oħra marbuta mas-Sillabu l-ġdid taċ-ĊES jinsabu hawn:
Il-Malti ĊES22 (2025) – Riżorsi