Category Archives: Kompetenzi Ewlenin
Riżorsa fuq l-Imperattiv għall-11-il Sena (Kompetenzi Ewlenin)
L-Imperattiv – Nagħmlu Girlanda
Riżorsa mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, is-Sa Stefania Scicluna.
Kors fil-kompetenzi ewlenin
Fis-17, it-18 u d-19 ta’ Frar organizzajna kors ta’ aġġornament fil-kompetenzi ewlenin fit-tagħlim tal-Malti.
Attendew għadd ta’ għalliema minn skejjel differenti u l-kelliema taw tagħrif fuq kif nistgħu ngħallmu lil studenti li għandhom bżonnijiet speċjali fil-litteriżmu.
Min ikollu diffikultà jew ikun jixtieq jaqsam l-esperjenza tiegħu magħna, nitolbuh jikkuntattjana.
Films oriġinali mnebbħa mill-poeżiji tas-Sekondarja
Ftit tal-jiem oħra, l-għalliema tal-Malti u l-istudenti tal-Ewwel u t-Tieni Sena tas-Sekondarja se jkunu jistgħu jaraw fuq l-iskrins tal-kompjuters tagħhom u l-bords interattivi films qosra mnebbħa mill-poeżiji li hemm fis-sillabu tal-Malti. Dan kollu sar possibbli bis-saħħa ta’ proġett innovattiv li għaddej bejn l-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST u l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Nirringrazzjaw lill-istudenti tal-Midja tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn, lil-lettur tagħhom Ian Attard, lid-Direttur tal-Istitut Stephen Vella u lill-Assistenti Diretturi Melanie Mizzi u Mark Theuma tas-sehem tagħhom.
Jekk intom interessati f’dan il-proġett, iktbu lill-Uffiċjal Edukattiv David Muscat. Sadattant, tistgħu taraw b’għajnejkom stess x’inhu jsir billi ssegwu, minn hawn taħt, iż-żewġ siltiet mill-ewwel żewġ poeżiji li qed naħdmu fuqhom.
L-ewwel film imnebbaħ mill-poeżija ‘Il-Barri’ ta’ Ġorġ Pisani
It-tieni film imnebbaħ mill-poeżija ‘Wied Qirda’ ta’ Dun Karm