F
uq talba ta’ għadd ta’ għalliema, inħadmu kampjuni, eżerċizzji u għajnuniet ta’ ġeneri differenti ta’ kitba qasira għar-Raba’ u l-Ħames Sena tal-Primarja. Dawn ittellgħu fis-sit tagħna.
Tar-Raba’ Sena ssibuhom hawnhekk, u tal-Ħames Sena qegħdin hawnhekk.
Il-ġeneri tal-kitba huma:
-
avviż
-
informazzjoni personali
-
kapxin
-
messaġġ
-
riklam
-
slowgan
-
intervista
Mal-eżerċizzji u l-kampjuni hemm ukoll tagħrifiet għall-għalliema f’għamla ta’ preżentazzjoni (ppt). Issibu wkoll żewġ pakketti ta’ eżerċizzji b’ġeneri ta’ kitbiet imħallta marbuta ma’ żewġ temi għal kull sena.
Inroddu ħajr lill-Uffiċjal Edukattiv tal-Primarja s-Sa Jane Farrugia Buhagiar tal-kontribut magħha f’dan il-qasam.
Ara ċ-ċirkulari minn hawn.
Fuq talba ġenerali qed nippreżentaw żewġ listi ta’ qwiel popolari mal-istudenti tal-1 u t-2 Sena tas-Sekondarja.
Il-Kapijiet tal-Iskejjel huma ġentilment mitluba jgħaddu din
Ninfurmawkom li ħarġet sejħa għal għalliem/a tar-riżorsi teknoloġiċi tal-Malti. Aktar dettalji ssibuhom fiċ-Ċirkulari HR97/2013 mit-
Inħeġġu lill-għalliema kollha biex jattendu għal taħdita interessanti fuq il-vokali ‘i’ fil-bidu ta’ kliem Rumanz fil-Malti.