Inħeġġu lill-għalliema tal-Primarja li jixtiequ jtejbu l-ortografija tal-Malti, jattendu għal kors ta’ aġġornament volontarju li se jkun organizzat mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Il-kors se jkun fih sitt sessjonijiet (darba fil-ġimgħa) u se jibda t-Tnejn, 22 t’April 2013.
Se jsiru żewġ korsijiet bl-istess kontenut: wieħed Malta fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq (Ħal Qormi) u ieħor Għawdex fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, ir-Rabat.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Erbgħa, 17 t’April b’ittra elettronika lil david.agius.muscat@ilearn.edu.mt
Kull min jattendi jingħata ċertifikat uffiċjali. Għal tagħrif ieħor ara din iċ-ċirkulari.
Nitolbu lill-għalliema tal-Malti tal-ewwel sentejn tas-Sekondarja jaraw
Nhar it-Tlieta, 4 ta’ Diċembru, fiċ-Ċentru tal-Kurrikulu, il-Ħamrun, se ssir taħdita għall-għalliema kollha tal-iskejjel tal-Istat, Indipendenti, u tal-Knisja fuq il-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis fl-okkażjoni tat-300 sena minn twelidu.
Bħal kull sena, f’Ottubru nfakkru l-Poeta Nazzjonali tagħna Dun Karm Psaila. Din is-sena se nfakkruh f’nhar twelidu, il-Ħamis 18 ta’ Ottubru.