Nitolbu lill-għalliema tal-Malti tal-ewwel sentejn tas-Sekondarja jaraw iċ-ċirkulari u l-linji gwida għall-eżamijiet annwali tal-Malti ta’ din is-sena skolastika (Ġunju 2013). L-eżamijiet se joħorġu skont dawn il-linji gwida.
F’każ ta’ xi diffikultà jew kummenti oħrajn, nitolbukom tikkuntattjaw lill-Uffiċjali Edukattivi skont il-kulleġġi assenjati, indikati fl-istess ċirkulari.