Bħal kull sena, f’Ottubru nfakkru l-Poeta Nazzjonali tagħna Dun Karm Psaila. Din is-sena se nfakkruh f’nhar twelidu, il-Ħamis 18 ta’ Ottubru.
Dakinhar għadd ta’ studenti flimkien mal-għalliema tagħhom, minn skejjel differenti, se jiltaqgħu ħdejn il-monument ta’ Dun Karm, il-Furjana, fejn se jkun hemm attività organizzata mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku u l-Kumitat Festi Nazzjonali.
Ikun jixraq li dakinhar tfakkru lill-Poeta Nazzjonali fil-lezzjonijiet tagħkom u fil-laqgħat ta’ filgħodu fl-iskejjel. Nistednukom tużaw il-bijografija u l-preżentazzjoni (ppt) b’ritratti ta’ Dun Karm li ssibuha fit-taqsima “Jum Dun Karm” f’dan is-sit.
Ara wkoll din iċ-ċirkulari u r-ritratti tal-okkażjoni meħuda mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.