Pakkett ta’ riżorsi għas-sitt sena tal-primarja li jolqot il-kisba tal-qari numru 4. Dan jinkludi riżorsi tal-fehim mill-qari b’taħriġ fil-metalingwa f’kuntest. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Category Archives: Avviżi
Kampjun ta’ Skema tax-Xogħol u Riżorsi għar-Raba’ Sena tal-Primarja
Riżorsi marbuta mal-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2024-2025
Matul il-Kors t’Aġġornament għar-Raba’ Sena tal-Primarja, l-għalliema tar-Riżorsi tal-Malti tat taħdita dwar ir-riżorsi tal-Malti kif ukoll uriet kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tal-ħrejjef u r-riżorsi marbuta miegħu. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Mixjet il-Malti: Minn Caxaro sa Aquilina
Attività fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt Valletta għall-istudenti tad-Disa’ Sena
Dokumenti marbuta ma’ din l-attività:
Mixjet il-Malti – minn Caxaro sa Aquilina
Preżentazzjoni dwar uħud mix-xogħlijiet u l-personaġġi ewlenin li ħadmu għall-iżvilupp tal-Malti tul is-sekli.
Attività n. 1: Taħriġ dwar kitbiet ewlenin bil-Malti u kittieba li taw kontribut biex il-Malti jkun irrispettat daqs lingwi oħra.
| Ktejjeb tat-Taħriġ | Ktejjeb bir-Risposti |
![]() |
![]() |
Attività n. 2: Taħriġ fuq xi avvenimenti u riklami kif dehru fil-gazzetti lokali.
| Ktejjeb tat-Taħriġ | Ktejjeb bir-Risposti |
![]() |
![]() |
Misraħ San Ġorġ – Il-Belt Valletta
Taħriġ dwar il-bini, il-monumenti u l-lapidi li nsibu f’Misraħ San Ġorġ
Attività fil-Belt Valletta abbinata maż-żjara fil-Bibljoteka Nazzjonali (Vincent Galea)
Taħriġ interattiv (qabbel l-istampi mal-istrofi) dwar tmien personaġġi li ħadmu favur it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-Malti. It-taqbila f’dan l-eżerċizzju hija tas-Sur Joseph Buttigieg.
Biex taħdem dan it-taħriġ offline, niżżel dan il-fajl, iftaħ il-fowlder u kklikkja fuq il-fajl Kwizz_Bijografiji.htm.
Inizjattiva ġdid mid-Dipartiment tal-Malti biex ikunu rikonoxxuta l-kwalitajiet tal-kittieba żgħażagħ.
Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni nieda rikonoxximent għall-kittieba emerġenti fl-iskejjel Medji u Sekondarji biex ikunu ppremjati dawk l-istudenti li jispikkaw fil-kitba tagħhom bħala kittieba emerġenti. Nifirħu lir-rebbieħa u nħeġġu lil kull student sabiex juża Malti mirqum fil-kitba tiegħu.
Żewġ Riżorsi għall-Istudenti tat-Tmien Sena fuq ir-Rumanz Storiku
Żewġ riżorsi li jistgħu jintużaw bħala siltiet mhux imħejjija marbuta mar-rumanz storiku. Dawn is-siltiet huma meħuda mill-ktieb Mattew Callus ta’ Ġużè Muscat Azzopardi, b’addattament ta’ Charles Casha.
Kisbiet milħuqa
Q2: Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti u jinqdew b’reġistri differenti.
T6: Nitkellem fuq test letterarju billi niddiskuti t-ton/i użati mill-kittieb, il-lessiku u l-idjoma użati, u nispekula r-raġunijiet għalfejn naħseb li dawn intużaw u nagħti fehmti jekk l-effetti mixtieqa ntlaħqux jew le.
Mattew Callus: Silta 1 (p. 28 – 29) – DOCX / PDF
Mattew Callus: Silta 2 (p. 51 – 52) – DOCX / PDF
Dawn ir-riżorsi jinsabu fil-paġna tal-Proża tat-Tmien Sena.








