Numru ta’ riżorsi bit-tema tat-temp, l-istaġuni u l-ħwejjeġ għat-tagħlim tal-Malti għall-Barranin minn Stephanie Dempsey mill-Iskola Sekondarja fil-Kulleġġ t’Għawdex.
Riżorsi għat-Tagħlim tal-Malti għall-Barranin
Numru ta’ riżorsi għat-tagħlim tal-Malti għall-Barranin minn studenti fil-Kors tal-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-għalliema tal-Malti tal-Iskola Medja fil-Kulleġġ Marija Reġina, In-Naxxar.
Riżorsi tas-smigħ għat-tielet sena tal-primarja.
Dawn ir-riżorsi jinkludu t-testi li jridu jinqraw mill-għalliema, kif ukoll il-mistoqsijiet għall-istudenti li jistgħu jsiru jew fuq karti tat-taħriġ jew b’mod interattivi. Is-siltiet għandhom isiru skont is-sekwenza tan-numri. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Filmati b’interpretazzjoni ta’ għaxar poeżiji mill-antoloġija Bejn Ħaltejn
Għaxar filmati b’interpretazzjoni ta’ wħud mill-poeżiji fl-antoloġija Bejn Ħaltejn u li huma inklużi fis-sillabu taċ-ĊES.
Poeżiji tar-Raba’ Sena:
Poeżji tal-Ħames Sena:
Dawn il-filmati huma xogħol l-istudenti tal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST. Proġett bi sħab bejn l-MCAST u d-Dipartiment tal-Kurrikulu tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Riżorsi għall-Fehim mis-Smigħ għall-1 u t-2 Sena tal-Primarja
Riżorsi tal-fehim mis-smigħ għall-primarja. Sett ta’ riżorsi għall-Ewwel u t-Tieni Sena li fihom kemm it-testi li jridu jinqraw mill-għalliema kif ukoll il-mistoqsijiet għall-istudenti. Il-mistoqsijiet jistgħu jsiru fuq karti tat-taħriġ jew b’mod interattiv. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.




