Kanzunetti miktuba u kantati minn Leontine Spiteri u kompożizzjoni ta’ Augusto Cardinali.
Kull taqbila hija abbinata ma’ ittra tal-alfabett. L-istess ħoss tal-ittra hu rrepetut diversi drabi fi kliem differenti matul it-taqbila biex b’hekk it-tfal jisimgħu u jibdew jagħrfu l-ħoss tal-ittra partikolari u jidentifikaw kliem li jibda u/jew ikun fih l-istess ħoss tal-ittra tal-alfabett.
Dawn il-kanzunetti huma adattati kemm għall-istudenti tal-kinder kif ukoll għall dawk tal-ewwel sena tal-primarja.
Il-produzzjoni ta’ dawn il-kanzunetti hija tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu