Korsijiet ta’ Aġġornament Volontarju fil-Malti għas-sena skolastika 2015-2016

It-Taqsima tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti għal darb’oħra ser jorganizzaw sensiela ta’ korsijiet volontarji għall-għalliema, l-LSAs, il-KGAs, l-edukaturi, il-ġenituri u l-pubbliku. Dawn il-korsijiet huma maħsuba kemm għal dawk li jħossu l-ħtieġa li jitgħallmu l-Malti u/jew isaħħu l-għarfien tagħhom fil-Malti, kif ukoll għal dawk li jridu jidħlu aktar fil-fond fl-għarfien tal-istrutturi lingwistiċi tiegħu.
Il-korsijiet se jsiru bejn Frar u Mejju 2016 u jieħdu sitt ġimgħat, b’lezzjoni ta’ sagħtejn, darba fil-ġimgħa. Barra l-parti teoretika jkun hemm ukoll ħidma prattika. Tagħrif dwar iIl-korsijiet offruti, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tagħhom, jinsabu fl-aħħar DCM 024 – Korsijiet ta’ Aġġornament Volontarju fil-Malti għas-sena skolastika 2015-2016
Dawk kollha li jixtiequ jattendu, inkluż dawk li kienu diġà nkitbu għal xi kors is-sena l-oħra, għandhom jibagħtu ittra elettronika jew postali b’isimhom u kunjomhom, in-numru tal-identità, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown/mowbajl, l-iskola fejn jgħallmu u liema kors jixtiequ jattendu. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat lis-Sur John Farrugia fl-indirizz john.b.farrugia@gov.mt jew iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun, ĦMR 1304 sa nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar 2016.
Min ikun irid aktar informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti fuq wieħed minn dawn in-numri 25982914, 25982905 jew 25982907.
Il-korsijiet huma bla ħlas u jingħażlu l-ewwel tletin li japplikaw għal kull kors.
Min jattendi l-laqgħat kollha jingħata ċertifikat uffiċjali mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Kors fil-Kitba bil-Malti – Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Hand with red pen proofreading by laptopIx-xahar id-dieħel (Frar 2016) id-Dipartiment tal-Malti fl-Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jiftħu l-ħdax-il kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti u għax-Xhieda ta’ Għarfien (warrant) mill-Kunsill tal-Malti. Il-kors, minbarra li se jiftaħ f’Malta, qed jerġa’ jkun offrut ukoll f’Għawdex.
Dan huwa kors universitarju ta’ sena, part-time, maħsub għal kull min juża l-Malti f’xogħlu jew jixtieq itejjeb il-kitba tiegħu bil-Malti. Il-kors diġà temmewh b’suċċess għadd ġmielu ta’ għalliema, segretarji u skrivani tal-iskejjel u l-kulleġġi, impjegati u voluntiera tal-parroċċi, il-kunsilli lokali u ta’ diversi għaqdiet f’Malta u Għawdex. Il-kors imfittex ħafna mill-impjegati tas-Servizz Pubbliku u l-Privat.
Għal aktar tagħrif ara ċ-ċirkulari: DCM 016/2016 jew il-ktejjeb fuq il-kors mis-sit tal-Universita’ ta’ Malta.

Kartelluni b’Tagħrif Ortografiku għar-4, il-5 u s-6 Sena tal-Primarja.

stampa i mhux ie Stampa-omofoni Stampa-Kliem maghqud

Sett ta’ kartelluni maħluqa biex jgħinu lill-istudenti jtejbu l-ortografija tagħhom. Huwa ssuġġerit li l-kartelluni jiddendlu fil-klassi sabiex l-istudenti jarawhom spiss u b’hekk isiru familjari magħhom u jibdew jiktbu Malti tajjeb billi jevitaw ċertu żbalji tal-kitba fix-xogħlijiet tagħhom.  Il-kartelluni jittrattaw dawn it‑temi:

għ mhux h
l-aċċent
għ mhux ow
h mhux ħ
i jew e mhux ie
lil imqassra
’il u ’l ma’ direzzjoni
l-appostrofu
l-għ fil-kmand
ma fin-negattiv
kliem magħqud
il-konsonanti dgħajfin
l-omofoni
il-mudelli tal-verbi (għall-5 u s-6 sena)

Hemm dokument bit-titli għal kull tema: It-Titli Għal Kull Kartellun.
Dawn it-titli jistgħu jinqatgħu u jitwaħħlu fuq il-kartelluni rispettivi.

Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.