Il-karti mudell tal-eżami nazzjonali tal-Malti tas-6 Sena tal-primarja.
Ara ċ-ċirkulari
Ara l-karti mudell u r-rapport tal-eżami
Ħoloq importanti oħra b’rabta mar-riforma edukattiva
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali attwali
Il-karti mudell tal-eżami nazzjonali tal-Malti tas-6 Sena tal-primarja.
Ara ċ-ċirkulari
Ara l-karti mudell u r-rapport tal-eżami
Ħoloq importanti oħra b’rabta mar-riforma edukattiva
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali attwali
Id-Dipartiment tal-Malti tal-Università, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jorganizza s-sitt kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti. Dan il-kors universitarju ta’ sena, part-time, se jibda fi Frar 2011. Il-lezzjonijiet huma ta’ tliet sigħat u jsiru darbtejn fil-ġimgħa, it-Tnejn u l-Ħamis filgħaxija.
Il-kors hu ideali għal kull min juża l-Malti miktub f’xogħlu (xandir, riklamar u stqarrijiet, traduzzjonijiet, rivisti, pubblikazzjonijiet u siti elettroniċi) u għal min jixtieq itejjeb il-kitba tiegħu bil-Malti.
L-applikazzjonijiet fetħu u jintlaqgħu sal-14 ta’ Jannar 2011. Il-programm tal-kors issibu minn dan is-sit elettroniku. Għal tagħrif ieħor dwar il-kors tista’ tikteb hawn.
L-istudenti li qed isegwu dan il-kors dejjem qed jiżdiedu. Fil-fatt, sal-lum ikkwalifikaw 144 qarrej tal-provi tal-Malti, minn oqsma differenti.
Il-Milied (preżentazzjoni fuq il-Milied)
Is-Siġra tal-Milied (poeżija ġdida ta’ Trevor Żahra)
Il-kartolina tal-Milied tal-Prim Ministru (magħmula mit-tfal tas-Sitt Sena tal-Kulleġġ Marija Reġina, l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar)
Nawgurawlkom l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-sena l-ġdida.

Minn Olvin Vella
Nikteb <serduk> jew <serduq>; <daħak> jew <daħaq>; <ċagħak> jew <ċagħaq>?
Serduk u serduq it-tnejn jinstemgħu fil-Malti Standard u għalhekk niktbuhom skont kif ngħiduhom. L-istess il-pari: daħak ~ daħaq; ċagħak ~ ċagħaq.
Jista’ jkun, imma għadha ma saret l-ebda riċerka, li waħda minnhom qiegħda kulma jmur tintrabat ma’ xi djalett reġjonali u għalhekk biż-żmien hija ssir djalettali u l-oħra tibqa’ fl-istandard. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ riċerka ma nistgħux nitkellmu fis-sod.
Is-suġġeriment tagħna huwa li jkollna komma wiesgħa u naċċettawhom it-tnejn.