Id-Dipartiment tal-Malti tal-Università, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jorganizza s-sitt kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti. Dan il-kors universitarju ta’ sena, part-time, se jibda fi Frar 2011. Il-lezzjonijiet huma ta’ tliet sigħat u jsiru darbtejn fil-ġimgħa, it-Tnejn u l-Ħamis filgħaxija.
Il-kors hu ideali għal kull min juża l-Malti miktub f’xogħlu (xandir, riklamar u stqarrijiet, traduzzjonijiet, rivisti, pubblikazzjonijiet u siti elettroniċi) u għal min jixtieq itejjeb il-kitba tiegħu bil-Malti.
L-applikazzjonijiet fetħu u jintlaqgħu sal-14 ta’ Jannar 2011. Il-programm tal-kors issibu minn dan is-sit elettroniku. Għal tagħrif ieħor dwar il-kors tista’ tikteb hawn.
L-istudenti li qed isegwu dan il-kors dejjem qed jiżdiedu. Fil-fatt, sal-lum ikkwalifikaw 144 qarrej tal-provi tal-Malti, minn oqsma differenti.