Fuq talba tal-għalliema, l-Akkademja tal-Malti flimkien mal-uffiċjali edukattivi tal-Malti David Agius Muscat, George Mifsud u David Muscat, bil-kollaborazzjoni tal-kapijiet tad-Dipartiment tal-Malti tal-Iskejjel tal-Knisja Phyllis Debono u Claire Zerafa, organizzaw it-tieni sessjoni ta’ tweġib għal mistoqsijiet dwar problemi fuq l-ortografija tal-Malti.
Din saret fit-18 ta’ Mejju 2012, mill-5.30pm sas-7pm, fiċ-Ċentru tal-Kurrikulu, il-Furjana. Il-kelliem kien is-Sur Carmel Azzopardi, il-President tal-Akkademja tal-Malti. Tagħrif ieħor u aħbarijiet oħra dwar il-lingwa Maltija jistgħu jinkisbu minn dawn is-siti:
http://malti.skola.edu.mt
http://maltikurja.wordpress.com
http://www.akkademjatalmalti.com
Nirringrazzjaw lis-Sa Michelle Spiteri, il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Birgu, tal-Kulleġġ Santa Margerita, li bagħtitilna t-taqbila Marinton Ċiklanton li kienet għallmithielha ommha meta kienet għadha tifla.
Fuq talba tal-għalliema, l-Akkademja tal-Malti flimkien mal-uffiċjali edukattivi tal-Malti David Agius Muscat, George Mifsud u David Muscat, bil-kollaborazzjoni tal-kapijiet tad-Dipartiment tal-Malti tal-Iskejjel tal-Knisja, Phyllis Debono u Claire Zerafa, se jorganizzaw sessjoni oħra ta’ tweġib ta’ mistoqsijiet dwar problemi pendenti fuq l-ortografija tal-Malti.


Il-festival mużikali Għanafest huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ l-apprezzament tal-mużika tradizzjonali Maltija fost it-tfal. Għalhekk nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Ġunju 2012, fid-9.30am l-Għanafest se jippreżenta programm speċjali ta’ għana għall-iskejjel. Dan il-programm jinkludi sessjoni interattiva mal-għannej Joey Grech (ta’ Raħal Ġdid), li se jgħanni spirtu pront fuq temi u suġġetti li jagħżlulu t-tfal stess.