Anastasju Cuschieri: 50 sena minn mewtu

F’għeluq il-50 sena minn mewt il-poeta Anastasju Cuschieri, se ssir taħdita organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u mill-Għaqda tal-Malti – Università.

Din se ssir l-Erbgħa, 24 t’Ottubru fis-7:30pm fil-Librerija tal-Università. Fiha se jkunu qed jitkellmu Rev. Dr. Charlò Camilleri u Dr Josette Attard, kif ukoll is-Sur Charles Coleiro li kien jaf lill-poeta mill-qrib.

Għal aktar tagħrif, tistgħu tidħlu hawn.

Ferħ u Awguri fl-iskejjel

Matul din is-sena skolastika se nkunu qed induru l-iskejjel kollha tal-primarja u nqassmu f’kull klassi il-kartellun u d-diska kompatta tal-kanzunetta Ferħ u Awguri (Happy Birthday) u Qalbu/Qalbha Tajba (Jolly Good Fellow).

Inħeġġukom tużaw dawn il-kanzunetti fil-klassijiet tagħkom meta xi ħadd mill-istudenti tagħkom jagħlaq sninu.

Tagħrif ieħor issibu fiċ-ċirkolari. Tista’ tisma’ l-kanzunetti minn hawn.

Testi letterarji għall-ħiliet bażiċi

Ġentilment niġbdu l-attenzjoni tal-għalliema tal-Malti li qed jgħallmu l-klassijiet tal-Programm tal-Kompetenzi Ewlenin (CCS) fl-Ewwel u t-Tieni Sena tas-Sekondarja (Form 1 u Form 2) matul is-sena skolastika 2012-2013.

F’din iċ-ċirkulari ssibu l-listi tat-testi letterarji u spjegazzjoni ta’ kemm għandhom jintgħallmu testi lill-istudenti tal-ħiliet bażiċi.

Fit-taqsima tal-Ħiliet Bażiċi – Testi Letterarji (fil-kolonna tal-lemin ta’ dan is-sit) issibu l-kitbiet f’format Word biex tkunu tistgħu tużawhom fil-karti tat-taħriġ u żżidu l-istampi magħhom kif tħossu l-ħtieġa. Issibu wkoll il-mużika tal-kanzunetti.  

Il-Malti għall-Barranin

Kull tant żmien fis-sit se nibdew intellgħu riżorsi għat-tagħlim tal-Malti lill-barranin. Dawn qed tieħu ħsiebhom is-Sa Sharon Micallef Cann, Kap tad-Dipartiment tal-Malti.

Ir-riżorsi ssibuhom fit-taqsima “Il-Malti għall-Barranin”, fil-kolonna tal-lemin tas-sit.