F’għeluq il-50 sena minn mewt il-poeta Anastasju Cuschieri, se ssir taħdita organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u mill-Għaqda tal-Malti – Università.
Din se ssir l-Erbgħa, 24 t’Ottubru fis-7:30pm fil-Librerija tal-Università. Fiha se jkunu qed jitkellmu Rev. Dr. Charlò Camilleri u Dr Josette Attard, kif ukoll is-Sur Charles Coleiro li kien jaf lill-poeta mill-qrib.
Għal aktar tagħrif, tistgħu tidħlu hawn.