Fit-28 ta’ Mejju 2012, fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet tal-Imrieħel, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża, Dr Frank Fabri, nieda l-ktieb Tmexxija Effettiva ta’ Skejjel f’Kulleġġi – Kunsiderazzjonijiet f’Kuntest ta’ Bidla. Dan huwa l-ewwel ktieb bil-Malti li jiddiskuti u jirrifletti fuq it-tmexxija tal-iskejjel f’kulleġġi f’Malta.
Nifirħu lill-awtur tal-analiżi mirquma li għamel u talli għaraf ikompli jħaddem b’tant għaqal u ħila l-lingwa Maltija fl-għalqa edukattiva. Prosit tassew!
Nixtiequ nifirħu u nroddu ħajr lill-għalliema tal-Iskola Primarja tar-Rabat, is-Sa Claire Sammut tar-riżorsi sbieħ u interessanti li qed toħloq għat-tagħlim tal-Malti fil-primarja. Waħda mir-riżorsi tajbin għas-sitt sena tal-primarja fuq il-verbi trilitteri u kwadrilitteri ssibuha
Nixtiequ naraw li t-tfal kollha jkunu jafu jgħidu n-numri bil-Malti, kif jixraq. Għaldaqstant inħeġġukom trawmuhom jibdew jgħoddu bil-Malti sa minn età bikrija.
Bħalissa qed naraw li l-kittieba ħabrieka tal-Malti qegħdin jimirħu fid-dinja tal-pubblikazzjoni elettronika. Sa issa nafu li hemm erba’ kotba elettroniċi bil-Malti.