Mixjet il-Malti – minn Caxaro sa Aquilina

Żjara Edukattiva fil-Belt Valletta marbuta mas-sillabu tar-Raba’ Sena

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, fit-23 ta’ April 2015, id-Dipartiment tal-Malti tal-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Ħamrun tal-Kulleġġ San Tumas More organizza żjarat fis-sede tal-Akkademja tal-Malti, fl-Arkivji Notarili u fil-Bibljoteka Nazzjonali.
 

 

Eżerċizzju ta’ Kitba Kreattiva mis-Sur Karl Borg.

Fl-10 ta’ April 2015, il-klassi 4.10 mill-Iskola Sekondarja tal-Bniet tal-Imrieħel (Kulleġġ Santa Tereża) attendiet għal nofstanhar ta’ taħriġ fil-kitba kreattiva mogħti mis-Sur Karl Borg. It-tema ta’ dan it-taħriġ kienet il-ħolm. Wara li l-istudenti spjegaw xi jfisser għalihom il-ħolm u kif jaffettwahom f’ħajjithom, kitbu 2 poeżiji waħda bl-isem Il-Ħolm u l-oħra L-Għanja taż-Żgħożija. Fir-ritratti jidhru l-istudenti matul it-taħriġ, waqt li xogħol l-istudenti jista’ jinqara jekk wieħed jikklikkja l-ħoloq t’ hawn taħt.


Il-Ħolm

L-Għanja taż-Żgħożija

IMG_6099

Tabelli bilingwi fil-klassijiet tal-Primarja

Dan l-aħħar qed jiżdiedu l-klassijiet tal-Primarja li jkollhom tabelli bilinwgi. Nifirħu lill-għalliema li qed jieħdu dawn l-inizjattivi sbieħ f’ġieħ iż-żewġ lingwi tagħna. Huwa importanti ħafna li lit-tfal tagħna ndarruhom sa minn mindu jkunu ċkejknin b’attitudni bilingwi.

Hawnhekk qed inġibu ritratt li bagħtitilna s-Sa Christina Kitney, mill-iskola primarja tal-Fgura, li juri r-regoli tal-klassi bil-Malti u bl-Ingliż.

Kartelluni

Riżorsi b’xejn tal-Malti għall-Kinder

Thejjija ghall qari

Qed ngħaddulkom riżorsi ġodda magħmulin bil-Powerpoint u mmirati għat-tħejjija tal-qari għall-klassijiet tal-Kinder tal-Ewwel Sena u tat-Tieni Sena. Hemm riżorsi għal kull term. Dawn ir-riżorsi tistgħu tużawhom fil-klassijiet tagħkom meta tridu. Il-ħsieb ewlieni tagħhom huwa li t-tfal tagħna jitħarrġu kif jesprimu ruħhom bil-lingwa sabiħa tagħna u jitgħallmu jużaw kliem bil-Malti f’kuntesti differenti. Inħeġġukom biex lit-tfal tgħallmuhom jitkellmu b’Malti tajjeb u sabiħ. Kull taħriġ fih dokument bl-għajnuniet għall-għalliema.

Nirringrazzjaw lis-Sa Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.