Inkantaw “Reġa’ sebaħ…”

“Reġa’ sebaħ, Ja Mulejja!” – hekk konna nkantaw kull filgħodu fil-klassijiet meta konna żgħar; l-Innu ta’ Filgħodu miktub mill-Poeta Nazzjonali Dun Karm, b’mużika ta’ Mro Ġużeppi Caruana.

Iltqajna ma’ bosta għalliema ħerqana biex jibdew il-ġurnata fil-klassi billi jkantaw l-Innu ta’ Filgħodu mat-tfal tagħhom. Ħadna pjaċir bl-entużjażmu ta’ dawn l-għalliema u għalhekk qabbadna lill-Mro Dominic Galea biex idoqqilna l-mużika sabiħa ta’ dan l-innu bil-pjanu, u jirrekordjahulna ħalli nkunu nistgħu ntellgħuh f’dan is-sit.

Inħeġġu lill-għalliema tal-klassijiet primarji biex jibdew jużaw din il-mużika u jkantaw dan l-innu sabiħ, kif konna nagħmlu aħna fi tfulitna. Ħsibna fi 3 verżjonijiet: żewġ verżjonijiet strumentali b’tonalitajiet differenti u verżjoni kantata minn Doreen Galea. Qed ninkuludulkom ukoll il-kliem ta’ dan l-innu.

Innu ta’ Filgħodu

Lirika

Verżjoni kantata | Verżjoni strumentali 1 | Verżjoni strumentali 2

Awguri għas-sena skolastika 2013-2014

Għeżież għalliema,

Nawgurawlkom għas-sena skolastika li għadna kemm bdejna.

Meta jkollkom bżonna, fittxuna. Aħna nagħmlu minn kollox biex inkunulkom ta’ għajnuna.

David Agius Muscat david.agius.muscat@ilearn.edu.mt | +356 2598 2927
George Mifsud george.mifsud@ilearn.edu.mt  | +356 2598 2905
David Muscat david.muscat.4@ilearn.edu.mt | +356 2598 2907

Uffiċjali Edukattivi tal-Malti
Kamra 16
Iċ-Ċentru tal-Kurrikulu
Triq Sarria
Il-Furjana FRN 1460