Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jgħarraf li fetħu l-applikazzjonijiet għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 għall-aħjar xogħlijiet bil-Malti u b’lingwa oħra li ġew ippubblikati għall-ewwel darba fi ktieb matul l-2012.
Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand is-Segretarju, Il-Librerija Pubblika Ċentrali, Il-Furjana mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju 2013.
Tagħrif ieħor issibuh mis-sit tal-Kunsill tal-Ktieb.
Huwa ta’ pjaċir għalina li naraw li dan is-sit ma jintużax biss hawn Malta. Dan ifisser li l-iskop tagħna qed nilħquh, jiġifieri li ninfirxu mal-Maltin kollha li jinsabu f’kull rokna tad-dinja.
Nifirħu lid-Dipartiment tal-Malti tal-Iskola Sekondarja tas-Subien ta’ Ħaż-Żebbuġ (Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca) tal-attività ta’ tifkira li organizza f’ġieħ il-Poeta Nazzjonali u tal-laqgħa sabiħa li ppjana għall-istudenti mal-awtur Carmel G. Cauchi.
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Librerija Pubblika Ċentrali se jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw taħdita f’għamla ta’ sessjoni ta’ taħriġ għall-pubbliku bl-isem ‘Strateġiji tal-Qari’.
Inħeġġu lill-għalliema tal-Primarja li jixtiequ jtejbu l-ortografija tal-Malti, jattendu għal kors ta’ aġġornament volontarju li se jkun organizzat mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku, bi sħab mal-