Pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema tas-sitt sena li jinkludu kampjun ta’ skema ta’ xogħol bit-tema tax-xogħlijiet u s-snajja’ u r-riżorsi marbutin magħhom. Dawn jinsabu fil-paġna tas-sillabu tas-sitt sena taħt Skema ta’ xogħol għas-Sitt Sena bit-Tema – Ix-xogħlijiet u s-snajja’. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Rebbieħa tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena Primarja
It-Tnejn, 15 ta’ Mejju 2023 saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-Malti għar-4 Sena tal-Primarja ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, bejn l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, ta’ Pembroke, ta’ San Ġorġ u ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, Ta’ Sannat u tax-Xagħra, Għawdex.
Ir-rebbieħa:
- Ta’ Kategorija A kienu l-Iskola tax-Xagħra, Għawdex.
- Ta’ Kategorija B kienu l-Iskola Primarja Ta’ Sannat, Għawdex.
- Ta’ Kategorija Ċ kienu l-Iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.
Prosit lill-parteċipanti u awguri lir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni.
Ħajr lill-Pubblikaturi
L-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti jixtiequ jirringrazzjaw lil:

Lingwaġġ Matematiku, Xjentifiku u Teknoloġiku – Riżorsi tat-Taħdit, Kitba, Smigħ u Qari għas-sitt sena tal-Primarja
Preżentazzjonijiet u karti tat-taħriġ li jolqtu l-kisbiet:
Qari – K4 Nislet minn dak li naqra l-punti ewlenin billi nidentifika l-kliem, il-frażijiet u s-sentenzi l-aktar importanti.
Qari – K9 Naqra u nifhem testi matematiċi, xjentifiċi u teknoloġiċi li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum bħal enċiklopediji, fuljetti, siti elettroniċi, u l-bqija.
Smigħ – K5 Nisma’ u nifhem il-lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum meta nirreferi għan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
Kitba – K6 Nikteb tajjeb testi rriċerkati bejn 100-150 kelma, fuq temi li jinkludu lingwaġġ matematiku/xjentifiku/teknoloġiku bħan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
Taħdit – K10 Inħaddem lingwaġġ matematiku, xjentifiku u teknoloġiku fit-taħdit tiegħi ta’ kuljum meta nirreferi għan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Mixjet il-Malti – Minn Caxaro sa Aquilina

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa tal-Ktieb, għal darba oħra, fil-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta se tittella’ l-wirja ta’ wħud mill-manuskritti, ġurnali u pubblikazzjonijiet li permezz tagħhom il-Malti seta’ jikber u jiżviluppa tul is-sekli. Din il-wirja se tkun miftuħa għall-istudenti tal-għaxar sena mid-19 sal 25 ta’ April 2023.
| Ktejjeb tat-Taħriġ | Ktejjeb bir-Risposti | Ktejjeb bit-Tagħrif |
![]() |
![]() |
![]() |




