Attività tas-smigħ u l-kitba fuq ir-Rebbiegħa li tolqot il-kisbiet tas-Smigħ u l-Kitba:
K7: Nisma’ u nagħraf eżempji ta’ rima u onomatopea f’testi mismugħa,
K8: Nisma’ u nsegwi poeżiji, u nislet minnhom waħdi s-suġġett u nqabblu u ninterpretah skont u mal-esperjenzi tiegħi,
K10: Naf inkun parti minn udjenza li tisma’, tifhem u tipparteċipa
K7: Nikteb taqbiliet u poeżiji sempliċi ta’ strofa waħda jew aktar.
Nirringrazzjaw lil Stefan Borg u lil Josette Baldacchino li ħejjew din ir-riżorsa.