Illum il-ġurnata tisma’ ħafna Maltin ikellmu lit-tfal żgħar tagħhom bi lsien it-trabi (motherese) li ġej mill-Ingliż. Ngħidu aħna, tisma’: horsey, shoesy, u doggy.
Jekk inti tixtieq tkellem lit-tfal żgħar tiegħek bi lsien it-trabi, ftakar li l-ġenituri tagħna kienu jużaw magħna kliem bħal: tuttu (għal żiemel) u kukka (għal bajda). Jekk trid il-lista sħiħa agħfas hawnhekk. Jekk taf bi kliem ieħor, iktbilna u għaddihulna.
Ftakar li l-lingwa Maltija tibqa’ ħajja dment li inti tiddeċiedi tużaha.
Din hi l-
Fid-29 ta’ April iltqajna mal-għalliema kollha tal-primarja ta’ Ħaż-Żabbar (A u B). Fit-12 ta’ Mejju ltqajna mal-għalliema kollha tal-iskola sekondarja tas-subien ta’ Ħal Kirkop.
Ir-riforma edukattiva taħseb biex issaħħaħ fl-istudenti l-ħiliet fil-qasam tat-taħdit. Dawn il-ħiliet jidħlu fis-suġġetti kollha għax f’kull suġġett jeħtieġ li l-istudenti tagħna jkunu kapaċi jitkellmu, jesprimu ruħhom, jisimgħu, jiddiskutu, jiddjalogaw, jifhmu lil xulxin, jistennew il-ħin tagħhom biex jitkellmu, jinterpretaw, ipoġġu lilhom infushom fiż-żarbun ta’ ħaddieħor, u jifhmu s-sens kollu – jiġifieri dak li hu ovvju u dak li mhux. Naturalment, dawn il-ħiliet jgħoddu wkoll għal waqt il-lezzjonijiet tal-Malti u tal-Ingliż.