X’temp hemm imbassar għall-2011 mill-irwiegel?
Ara l-preżentazzjoni minn hawn (qiegħda wkoll fit-taqsima ‘Mogħdija taż-Żmien’ fuq il-lemin tal-blogg).
Grazzi lis-Sur George Mifsud tal-għajnuna tiegħu.
X’temp hemm imbassar għall-2011 mill-irwiegel?
Ara l-preżentazzjoni minn hawn (qiegħda wkoll fit-taqsima ‘Mogħdija taż-Żmien’ fuq il-lemin tal-blogg).
Grazzi lis-Sur George Mifsud tal-għajnuna tiegħu.
Il-Milied (preżentazzjoni fuq il-Milied)
Is-Siġra tal-Milied (poeżija ġdida ta’ Trevor Żahra)
Il-kartolina tal-Milied tal-Prim Ministru (magħmula mit-tfal tas-Sitt Sena tal-Kulleġġ Marija Reġina, l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar)
Nawgurawlkom l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-sena l-ġdida.
Nagħtikom merħba f’dan il-blogg tal-Malti. Konna ilna naħsbu biex noħolqu din l-għodda elettronika għalikom l-għalliema tal-primarja biex mhux biss tkunu informati bl-aħħar tagħrif fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Malti, imma jkollkom ukoll riżorsi differenti biex tieħdu ideat minnhom u tużawhom fil-klassijiet tagħkom.
Huwa għalhekk li ddeċidejna li nsemmu dan il-blogg “Il-Bank tar-Riżorsi tal-Malti”. Ir-riżorsi ssibhom mill-menù ta’ fuq u mit-taqsimiet tal-ġenb.
Imma ma nistgħux nibnu bank ta’ riżorsi jekk inti wkoll ma tagħtix sehmek. Jekk għandek xi materjal li tixtieq taqsmu magħna, nitolbuk tgħaddihulna, u jidher f’ismek. Iktar ma jkollna materjal, iktar ikollna riżorsi differenti li nkunu nistgħu nużawhom mal-istudenti ta’ livelli differenti.
Jekk għandek xi kumment jew tixtieq tiltaqa’ magħna, iktbilna.
David Agius Muscat
Uffiċjal tal-Edukazzjoni għall-Malti
Iċ-Ċentru tal-Kurrikulu
Triq Sarria
Il-Furjana FRN 1460
Tel. (+356) 2558 7101
Illum il-ġurnata tisma’ ħafna Maltin ikellmu lit-tfal żgħar tagħhom bi lsien it-trabi (motherese) li ġej mill-Ingliż. Ngħidu aħna, tisma’: horsey, shoesy, u doggy.
Jekk inti tixtieq tkellem lit-tfal żgħar tiegħek bi lsien it-trabi, ftakar li l-ġenituri tagħna kienu jużaw magħna kliem bħal: tuttu (għal żiemel) u kukka (għal bajda). Jekk trid il-lista sħiħa agħfas hawnhekk. Jekk taf bi kliem ieħor, iktbilna u għaddihulna.
Ftakar li l-lingwa Maltija tibqa’ ħajja dment li inti tiddeċiedi tużaha.