Grazzi lill-għalliema Daniela Jo Micallef li bagħtitilna għadd ta’ riżorsi tal-Malti maħdumin bil-Powerpoint. Daniela tgħallem is-6 Sena fl-Iskola Primarja San Bastjan, Ħal Qormi, tal-Kulleġġ Sant’Injazju. Nieħdu pjaċir ħafna b’għalliema bħalha li qegħdin jaqsmu r-riżorsi tagħhom mal-għalliema kollha tal-primarja.
Dawn issibuhom fil-paġna tar-Riżorsi tas-Sitt Sena.
Inħeġġu aktar għalliema biex jibagħtulna aktar materjal għal waqt il-lezzjonijiet tal-Malti ħalli nkomplu nibnu flimkien dan il-bank bir-riżorsi tal-Malti għall-primarja.

Ħajr lill-għalliema Josette Bezzina mill-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa (Kulleġġ San Benedittu) talli għoġobha taqsam magħna ftit ideat fuq kif użat it-taqbila tradizzjonali “Il-Pupa Tiegħi” waqt il-lezzjonijiet kumplimentari tal-Malti.
Fis-26 ta’ Jannar 2010 ltqajna mal-ġenituri fl-iskola primarja ta’ San Ġwann. Tħadditna magħhom fuq 