Prosit!

tajjebProsit lill-iskola primarja t’Għajnsielem, mill-Kulleġġ t’Għawdex!

Idħol fil-blogg tal-iskola  u ssib tliet logħbiet edukattivi li saru dan l-aħħar bil-kompjuter mill-għalliem Etienne Vella, marbuta mat-tagħlim tan-numri bil-Malti.

Nota

qed naħdmuIl-ktejjeb maħruġ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti Deċiżjonijiet 1 m’għandux jingħata lill-istudenti. Huwa fid-dmir tal-għalliema li jkunu jafu sewwa r-regoli kollha tal-ortografija tal-Malti u li dawn jgħadduhom lill-istudenti f’taħriġ, b’kuntest fit-taqsimiet kif jitolbu s-sillabi tal-Malti.
 
Jekk trid tkun taf aktar fuq ir-regoli tal-ortografija tal-Malti ara t-taqsima ‘Ir-Regoli tal-Malti’ fuq ix-xellug tas-sit. Jekk għandek xi dubju jew xi mistoqsija fuq kif tikteb kelma bil-Malti iktbilna u nweġbuk.

Aktar riżorsi għall-għalliema

rizorsiGrazzi lill-għalliema Charmaine Borg (għalliema tar-Raba’ Sena fl-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa) u lill-għalliem Paul Pulis (għalliem tas-Sitt Sena fl-Iskola Primarja ta’ Bormla) li għoġobhom ikunu l-ewwel għalliema li jaqsmu magħna l-karti tat-taħriġ tagħhom.
 
Jekk inti wkoll għandek xi materjal li tixtieq taqsmu magħna, nitolbok tgħaddihulna biex jidher f’ismek f’dan is-sit. Dawn il-karti tat-taħriġ qegħdin intellgħuhom għaliex irridu noħolqu bank tar-riżorsi tal-Malti biex minnu nieħdu l-aħjar ideat li jgħoddu għall-istudenti li qegħdin ngħallmu.

Ir-riżorsi ta’ dawn l-għalliema ssibuhom f’dan is-sit, fit-taqsimiet rispettivi tar-riżorsi tar-Raba’ Sena u tas-Sitt Sena.