Riżorsi għat-2 sena tal-Primarja marbuta ma’ Temi 2

Sett ta’ riżorsi b’temi varji fosthom:

Dawn ir-riżorsi jinkludu vokabularju, taħdit, kitba, taħriġ marbut mal-grammatika u siltiet għas-smigħ marbutin ma’ kull tema. Se jkun hemm aktar temi fil-futur. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Dokument għaż-Żamma tal-Marki tal-Assessjar Kontinwu fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja

Riżorsa li l-għalliema jistgħu jużaw jekk jixtiequ, għaż-żamma u l-komputazzjoni tal-marki tal-Assessjar Kontinwu fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. L-iskop ta’ dan id-dokument huwa biex jiffaċilita u jgħin lill-għalliema jżommu l-marki tal-Assessjar Kontinwu. 

Gwida għall-użu tad-Dokument mill-Għalliema

Agħżel id-dokument (Spreadsheet) tal-klassi li tgħallem. 

F’każ ta’ diffikultà dwar il-mili tal-marki f’dawn id-dokumenti tistgħu tikkuntattjaw lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti fuq 2598 2927.

Żewġ korsijiet fl-ortografija għall-għalliema tal-Primarja f’Malta

Temmejna 2 korsijiet oħra fl-ortografija tal-Malti. Dawn kienu mmirati għall-għalliema li jgħallmu fil-Primarja. Nirringrazzjaw lill-għalliema kollha li attendew għall-interess ġenwin tagħhom. Huwa l-gost tagħna li naraw għalliema bħal dawn jaġġornaw il-ħiliet tagħhom fil-Malti biex iwasslu l-aqwa tagħlim lill-istudenti li jgħallmu. Prosit lil Chris Giordano u lil Oriana Spiteri, il-letturi tal-korsijiet.

Ħajr lil Marija Montebello, il-Kap tal-Iskola Sekondarja Tal-Ħandaq, tal-Kulleġġ San Injazju, li għal darb’oħra laqgħetna bi ħġarha fl-iskola tagħha. Ħajr ukoll lill-President u d-Direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, il-Prof. Ray Fabri u s-Sur Thomas Pace, kif ukoll lis-Sur Gaetano Bugeja, id-Direttur tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, għall-għajnuna tagħhom biex jittella’ dan il-kors, li bħalu se norganizzaw oħrajn.

Bħalissa għaddejjin ukoll b’korsijiet oħra għall-għalliema tal-Primarja u tas-Sekondarja f’Għawdex u b’kors ieħor f’Malta għall-għalliema li ma jgħallmux il-Malti imma li jgħallmu suġġett bil-Malti, bħall-Ġeografija, l-Istorja, l-Istudji Soċjali, ir-Reliġjon u l-Iżvilupp Personali Soċjali u għall-Karriera.